• Festivals Malta

Call for Submission for an Artistic Director for Notte Bianca

Ref: FM2022/003-005

Photo by Jason Borg

Festivals Malta is looking for a creative and innovative professional to take on the role of Artistic Director for Notte Bianca. The Artistic Director has the overall responsibility for the artistic management of the festival and for the development and implementation of its artistic output. The Artistic Director will collaborate closely with the Festivals Malta CEO and the Festival Manager and will report to the Festivals Malta CEO. The chosen Artistic Director will need to provide artistic direction for a period of three years (2023-2025).


Notte Bianca


Notte Bianca is an annual event that takes place in October and lights up the cityscape of Valletta with a spectacular nocturnal celebration of people, culture and arts. The streets and cultural venues in the Maltese capital play host to a motley assortment of entertainment. Its essence is in that it's a nightlong celebration of art and culture that promises something special for everyone. All over the city, state palaces and museums open their doors to delight patrons for visual art exhibitions and theatrical performances, and musicians and dancers perform throughout the capital’s streets and piazzas showcasing some of the finest local and international musicians and dancers. All of Valletta, from City Gate to Fort St. Elmo, comes alive on Notte Bianca, guaranteeing a memorable night that truly holds something for everyone.


Role Summary


The Artistic Director shall:

  1. Devise, plan and supervise the execution of the festival and related activities on behalf of Festivals Malta.

  2. Coordinate with performers and artists so as to attain the best possible productions and do the utmost to attract considerable audiences in pursuit of strategies designed for audience development.

  3. Research, workshop, design and engage local and international material and talent following best practices policies and cutting-edge creative initiatives towards the staging of an event of international standards.

  4. Re-dimension the festival to current needs and programme according to market needs.

  5. Choose the artistic content for the festival.

  6. Focus on the development of local artistic talent.

  7. Work closely with the marketing department in terms of communications, public relations and social media.

  8. Be in line with Arts Council Malta and Festivals Malta’s policies.

  9. Adhere to public procurement policies.

  10. Adhere to deadlines set by the Agency.

  11. Attending and supervising each scheduled rehearsals and performances of the production.

  12. Be required to publicly speak about the festival.

  13. Devote whatever time may be necessary for the success of the festival.

  14. Be in Malta at least 3 weeks before and during the duration of the festival.

  15. Respect set budgets and work with the established time frames.

  16. Collaborate with other PCO’s and other cultural agencies / entities.

  17. Report to Festivals Malta’s CEO.

  18. Perform any other related duties as assigned by Festivals Malta CEO.


Selection Criteria


Applicants must be able to provide an overall artistic vision and develop the festival to fulfil its mission and vision whilst striving for quality and excellence. Applicants should have a proven track record of their work, be purposeful and motivated, and must possess excellent communication skills. S/he will be required to make use of his/her existing resources and networks to attract local and international interest in the festival.


Skills and Experience Required


The Candidates must have a proven track record in the following:

  1. Budgeting skills.

  2. Understanding of logistical and production requirements and costs.

  3. Networking with local and international artists and artistic management companies.

  4. Strong communication skills.

  5. Strong organisational skills.

  6. Demonstrate experience in working on high profile cultural events, productions, and festivals.

  7. Have experience with idea generation and delivery of projects from conception to completion.

  8. Have experience in managing multiple projects.

  9. Have experience in event management.

  10. Have knowledge of the local industry and cultural sector.

  11. Understand and communicate with the official language/s of Malta.

Preference will be given to professionals with broad experience in the field of the arts, particularly those who have participated in events of international prestige and who are ready to continue developing our festival according to the related strategic plans. Accountability and knowledge of working with public funds will be considered an asset.


How to Apply


Interested individuals should send a detailed portfolio highlighting their artistic track record, together with a letter expressing their motivation and desire to be an Artistic Director, the strengths they would bring to the position and the goals they would like to achieve if they are chosen to perform the duties of Artistic Director for this festival.


The selected applicant must be registered with the VAT Department.


Submissions will be received via email to hr.fm@festivals.mt by not later than Friday 16th September 2022 at noon quoting in the subject the reference number FM2022/003-005 and the submission name ‘Application for Artistic Director for Notte Bianca’.


Any questions about the call should be sent to hr.fm@festivals.mt by Tuesday 13th September at noon.

Acknowledgments to all applicants will be sent and eligible candidates will be interviewed during September 2022.

 

Sejħa għas-Sottomissjonijiet għal Direttur Artistiku għan-Notte Bianca


Ref: FM2022/003-5


Festivals Malta qed ifittex professjonist kreattiv u innovattiv biex iservi bħala Direttur Artistiku għan-Notte Bianca. Id-Direttur Artistiku se jkun responsabbli b’mod ġenerali għall-immaniġġjar artistiku tal-festival, u biex jiżviluppa u jimplimenta l-produzzjoni artistika tiegħu. Id-Direttur Artistiku se jikkollabora mill-qrib mal-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta u mal-Maniġer tal-Festival, u se jirrapporta lill-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta. Id-Direttur Artistiku magħżul jeħtieġ li jipprovdi direzzjoni artistika għal perjodu ta’ tliet snin (2023-2025).


Notte Bianca


In-Notte Bianca hija avveniment annwali li ssir f’Ottubru u li ddawwal il-pajsaġġ Belti b’ċelebrazzjoni spettakolari matul il-lejl tan-nies, il-kultura u l-arti. It-toroq u l-postijiet kulturali tal-belt kapitali ta’ Malta jospitaw numru ta’ avvenimenti ta’ divertiment varjati. Essenzjalment huwa lejl sħiħ ta’ ċelebrazzjoni tal-arti u l-kultura li jwiegħed xi ħaġa speċjali għall-kulħadd. Madwar il-Belt, il-palazzi statali u l-mużewijiet jiftħu l-bibien tagħhom għat-tgawdija mill-patruni ta’ wirjiet tal-arti viżiva u teatrali, u t-toroq u l-pjazez jimtlew minn uħud mill-aħjar mużiċisti u żeffiena lokali u internazzjonali. Il-Belt Valletta kollha kemm hi, minn Bieb il-Belt sal-Forti Sant’Iermu, tkun mimlija ħajja fin-Notte Bianca, u dan jiggarantixxi lejl li ma jintesiex li tassew joffri xi ħaġa għal kulħadd.


Sommarju tar-Rwol


Id-Direttur Artistiku għandu:

  1. Ifassal, jippjana u jissorvelja t-twettiq tal-festival u ta’ attivitajiet relatati f’isem Festivals Malta.

  2. Jikkoordina mal-parteċipanti u mal-artisti sabiex jittellgħu l-aħjar produzzjonijiet possibbli u jagħmel l-almu tiegħu biex jattira udjenzi konsiderevoli permezz ta’ strateġiji mfassla għall-iżvilupp tal-udjenza.

  3. Jirriċerka, jorganizza workshops, jiddisinja u jinvolvi materjal u talent lokali u internazzjonali skont il-politika tal-aħjar prassi u inizjattivi kreattivi mill-aktar moderni u avvanzati ħalli jittella’ avveniment ta’ standard internazzjonali.

  4. Jagħti direzzjoni ġdida lill-festival abbażi tal-ħtiġijiet attwali u jfassal il-programm skont il-ħtiġijiet tas-suq.

  5. Jagħżel il-kontenut artistiku għall-festival.

  6. Jiffoka fuq l-iżvilupp tat-talent artistiku lokali.

  7. Jaħdem mill-qrib mad-dipartiment tal-marketing fuq il-komunikazzjonijiet, ir-relazzjonijiet pubbliċi u l-midja soċjali.

  8. Josserva l-politika tal-Kunsill Malti għall-Arti u ta’ Festivals Malta.

  9. Josserva l-politika tal-akkwist pubbliku.

  10. Josserva l-iskadenzi tal-Aġenzija.

  11. Jattendi u jissorvelja kull prova skedata u s-seratital-produzzjoni.

  12. Jitkellem fil-pubbliku dwar il-festival.

  13. Jiddevota l-ħin kollu meħtieġ biex il-festival jirnexxi.

  14. Ikun Malta mill-inqas 3 ġimgħat qabel il-festival u matulu.

  15. Iżomm mal-baġits allokati u mal-iskadenzi stabbiliti.

  16. Jikkollabora ma’ Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi (PCOs) u aġenziji/entitajiet kulturali oħrajn.

  17. Jirrapporta lill-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta.

  18. Jaqdi kull dmir relatat ieħor li jassenjalu l-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta.


Il-Kriterji tal-Għażla


L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu viżjoni artistika ġenerali u jiżviluppaw il-festival biex iwettqu l-missjoni u l-viżjoni tiegħu filwaqt li jistinkaw għall-kwalità u l-eċċellenza. L-applikanti għandu jkollhom rekord ippruvat tax-xogħol tagħhom, ikunu determinati u motivati, u jkollhom ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti. Se jkunu meħtieġa jagħmlu użu mir-riżorsi u n-networks eżistenti tagħhom biex jattiraw interess lokali u internazzjonali fil-festival.


Il-Ħiliet u l-Esperjenza Meħtieġa


  1. Il-Kandidati għandu jkollhom rekord ippruvat f’dan li ġej:

  2. Kapaċitajiet ta’ bbaġitjar.

  3. Fehim tal-ħtiġijiet u l-ispejjeż loġistiċi u tal-produzzjoni.

  4. Networking ma’ artisti u kumpaniji tal-maniġment artistiku lokali u internazzjonali.

  5. Ħiliet ta’ komunikazzjoni tajbin ħafna.

  6. Ħiliet ta’ organizzazzjoni tajbin ħafna.

  7. Esperjenza ta’ ħidma f’avvenimenti, produzzjonijiet, u festivals kulturali ta’ profil għoli.

  8. Esperjenza fil-ġenerazzjoni tal-ideat u t-twettiq ta’ proġetti mill-idea inizjali sat-tmiem.

  9. Esperjenza fl-immaniġġjar ta’ bosta proġetti.

  10. Esperjenza fl-immaniġġjar tal-avvenimenti.

  11. Għarfien tal-industrija lokali u tas-settur kulturali.

  12. Fehim tal-lingwa/i uffiċjali ta’ Malta u ħila ta’ komunikazzjoni biha/bihom.

Se tingħata preferenza lil professjonisti b’esperjenza vasta fil-qasam tal-arti, b’mod partikolari lil dawk li pparteċipaw f’avvenimenti ta’ prestiġju internazzjonali u li huma lesti li jkomplu jiżviluppaw il-festival tagħna skont il-pjanijiet strateġiċi relatati. Is-sens ta’ responsabbiltà u l-kompetenza fil-fondi pubbliċi se jitqiesu bħala vantaġġ.


Kif Tapplika


L-individwi interessati għandhom jibagħtu portfolio dettaljat li jenfasizza r-rekord artistiku ppruvat tagħhom, flimkien ma’ ittra ta’ motivazzjoni fejn jesprimu x-xewqa li jkunu Direttur Artistiku u r-raġuni għaliex, x’jistgħu joffru f’dan ir-rwol u l-għanijiet li jixtiequ jilħqu jekk jintgħażlu biex jokkupaw il-kariga ta’ Direttur Artistiku għal dan il-festival.


L-applikant magħżul għandu jkun irreġistrati mad-Dipartiment tal-VAT.


Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu b’email fuq hr.fm@festivals.mt sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru 2022 f’nofsinhar, li fis-suġġett għandu jinkludi n-numru ta’ referenza FM2022/003-5 u l-isem tas-sottomissjoni “Applikazzjoni għal Direttur Artistiku għan-Notte Bianca”.


Il-mistoqsijiet dwar is-sejħa għandhom jintbagħtu lil hr.fm@festivals.mt sa nhar it-Tlieta 13 ta’ Settembru 2022 f’nofsinhar.


Kull applikazzjoni se tiġi rikonoxxuta u l-kandidati eliġibbli se jiġu intervistati f’Settebru 2022.


Nota Speċjali: Kull meta jintuża terminu speċifiku għall-ġeneru, dan għandu jinftiehem bħala li jirreferi għaż-żewġ sessi, sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod espliċitu. Dan isir biss għall-iskop li t-test isir aktar faċli biex jinqara, u l-ebda reat jew sessiżmu ma huwa maħsub.