• Festivals Malta

Call for Submission for an Artistic Director for Ritmu Music Festival

Ref: FM2022/003-004


Photo by Darren Agius

Festivals Malta is looking for a creative and innovative professional to take on the role of Artistic Director for Ritmu Music Festival. The Artistic Director has the overall responsibility for the artistic management of the festival and for the development and implementation of its artistic output. The Artistic Director will collaborate closely with Festivals Malta CEO and the Festival Manager. The chosen Artistic Director will need to provide artistic direction for a period of three years (2023-2025).


Ritmu Music Festival


Previously known as Għanafest, Ritmu is the new and upgraded Maltese festival that celebrates all things unique to our heritage. From traditional songs to local bands, everyone who lives on the Maltese islands will love this festival. Ritmu Music Festival is all about diversifying the reach and content that Għanafest had. Expanding to include food and artisanal products together with Maltese music, Ritmu Music Festival is all about Malta and our Mediterranean roots.


Featuring both local and international talent, the sounds of the Mediterranean will be the focus of every single musical act present at the Ritmu Music Festival. With local artists taking to the stage, audiences will be treated to the sounds of Mediterranean poetry, international music, and traditional għana.


Although Ritmu did get a rebranding, Għana is still given a lot of importance. Having a dedicated stage called Il-Bar tal-Għannejja, the folk singing genre will still be getting the credit it deserves throughout Ritmu Music Festival.


Role Summary


The Artistic Director shall:

  1. Devise, plan and supervise the execution of the festival and related activities on behalf of Festivals Malta.

  2. Re-dimension the festival to current needs and programme according to market needs.

  3. Coordinate with performers and artists to attain the best possible productions and do the utmost to attract considerable audiences in pursuit of strategies designed for audience development.

  4. Research, workshop, design and engage local and international material and talent following best practices policies and cutting-edge creative initiatives towards the staging of an event of international standards.

  5. Contribute creatively and artistically in the designing and production of the event.

  6. Update the guidelines of the festival’s regulations together with Festivals Malta as deemed necessary.

  7. Select the artistic content for the festival.

  8. Focus on the development of local artistic talent.

  9. Work closely with the marketing department in terms of communications, public relations and social media.

  10. Be in line with Arts Council Malta and Festivals Malta’s policies.

  11. Adhere to public procurement policies.

  12. Adhere to deadlines set by the agency.

  13. Attend and supervise each scheduled rehearsal and performance of the production.

  14. Be required to publicly speak about the festival.

  15. Devote whatever time may be necessary for the success of the festival.

  16. Be in Malta at least 3 weeks before and during the duration of the festival.

  17. Respect set budgets and work with the established time frames.

  18. Collaborate with other PCO’s and other cultural agencies / entities.

  19. Report to Festivals Malta’s CEO.

  20. Perform any other related duties as assigned by Festivals Malta CEO.


Selection Criteria


Applicants must be able to provide an overall artistic vision and develop the festival to fulfil its mission and vision whilst striving for quality and excellence. Applicants should have a proven track record of their work, be purposeful and motivated, and must possess excellent communication skills. S/he will be required to make use of his/her existing resources and networks to attract local and international interest in the festival.


Skills and Experience Required


The Candidates must have a proven track record in the following:

  1. Budgeting skills

  2. Understanding of logistical and production requirements and costs.

  3. Network with local and international artists and artistic management companies.

  4. Strong communication skills.

  5. Strong organisational skills.

  6. Demonstrate experience in working on high profile cultural events, productions, and festivals.

  7. Idea generation and delivery of projects from conception to completion.

  8. Have experience in managing multiple projects.

  9. Have experience in event management.

  10. Have knowledge of the industry and cultural sector.

  11. Understand and communicate with the official language/s of Malta.

Preference will be given to professionals with broad experience in the field of the arts, particularly those who have participated in events of international prestige and who are ready to continue developing our festival according to the related strategic plans. Accountability and knowledge of working with public funds will be considered an asset.


How to Apply


Interested individuals should send a detailed portfolio highlighting their artistic track record, together with a letter expressing their motivation and desire to be an Artistic Director, the strengths they would bring to the position and the goals they would like to achieve if they are chosen to perform the duties of Artistic Director for a specific festival.


The selected applicant must be registered with the VAT Department.


Submissions will be received via email to hr.fm@festivals.mt by not later than Friday 16th September 2022 at noon quoting in the subject the reference number FM2022/003-004 and the submission name ‘Application for Artistic Director for Ritmu Music Festival’.


Any questions about the call should be sent to hr.fm@festivals.mt by Tuesday 13th September 2022 at noon.


Acknowledgments to all applicants will be sent and eligible candidates will be interviewed during September 2022.

 

Sejħa għas-Sottomissjonijiet għal Direttur Artistiku għall-Ritmu Music Festival


Ref: FM2022/003-004


Festivals Malta qed ifittex professjonist kreattiv u innovattiv biex iservi bħala Direttur Artistiku għall-Ritmu Music Festival. Id-Direttur Artistiku se jkun responsabbli b’mod ġenerali għall-immaniġġjar artistiku tal-festival, u biex jiżviluppa u jimplimenta l-produzzjoni artistika tiegħu. Id-Direttur Artistiku se jikkollabora mill-qrib mal- Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta u mal-Maniġer tal-Festival, u se jirraporta lill-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta. Id-Direttur Artistiku magħżul jeħtieġ li jipprovdi direzzjoni artistika għal perjodu ta’ tliet snin (2023-2025).


Ritmu Music Festival


Magħruf fil-passat bħala Għanafest, Ritmu huwa l-festival Malti ġdid u ridimensjonat li jiċċelebra dak kollu li huwa uniku għall-patrimonju tagħna. Minn kanzunetti tradizzjonali għal bands lokali, kull min jgħix fil-Gżejjer Maltin se jitgħaxxaq b’dan il-festival. Fil-qalba ta’ Ritmu Music Festival hemm id-diversifikazzjoni tal-udjenza li kien jilħaq l-Għanafest u tal-kontenut tiegħu. Bl-espansjoni għall-prodotti tal-ikel u artiġjanali flimkien mal-mużika Maltija, Ritmu Music Festival sar festival dwar Malta u l-għeruq Mediterranji tagħna.


Bil-parteċipazzjoni ta’ talent kemm lokali kif ukoll internazzjonali, il-ħsejjes tal-Mediterran se jkunu l-punt fokali ta’ kull att mużikali preżenti f’Ritmu. Bil-palk f’idejn artisti lokali, l-udjenza se jisimgħu l-ħsejjes tal-poeżija Mediterranja, tal-mużika internazzjonali, u tal-għana tradizzjonali.


Minkejja r-rebranding għal Ritmu, l-Għana xorta se tibqa’ tingħata ħafna importanza. B’palk apposta msejjaħ Il-Bar tal-Għannejja, il-ġeneru tal-kant folk se jibqa’ jingħata l-ġieħ li jistħoqqlu tul Ritmu Music Festival.


Sommarju tar-Rwol


Id-Direttur Artistiku għandu:

  1. Ifassal, jippjana u jissorvelja t-twettiq tal-festival u ta’ attivitajiet relatati f’isem Festivals Malta.

  2. Jagħti direzzjoni ġdida lill-festival abbażi tal-ħtiġijiet attwali u jfassal il-programm skont il-ħtiġijiet tas-suq.

  3. Jikkoordina mal-parteċipanti u mal-artisti sabiex jittellgħu l-aħjar produzzjonijiet possibbli u jagħmel l-almu tiegħu biex jattira udjenzi konsiderevoli permezz ta’ strateġiji mfassla għall-iżvilupp tal-udjenza.

  4. Jirriċerka, jorganizza workshops, jiddisinja u jinvolvi materjal u talent lokali u internazzjonali skont il-politika tal-aħjar prassi u inizjattivi kreattivi mill-aktar moderni u avvanzati ħalli jittella’ avveniment ta’ standard internazzjonali.

  5. Jikkontribwixxi b’mod kreattiv u artistiku għat-tfassil u l-produzzjoni tal-avveniment.

  6. Jaġġorna l-linji gwida tar-regolamenti tal-festival flimkien ma’ Festivals Malta kif meħtieġ.

  7. Jagħżel il-kontenut artistiku għall-festival.

  8. Jiffoka fuq l-iżvilupp tat-talent artistiku lokali.

  9. Jaħdem mill-qrib mad-dipartiment tal-marketing fuq il-komunikazzjonijiet, ir-relazzjonijiet pubbliċi u l-midja soċjali.

  10. Josserva l-politika tal-Kunsill Malti għall-Arti u ta’ Festivals Malta.

  11. Josserva l-politika tal-akkwist pubbliku.

  12. Josserva l-iskadenzi tal-Aġenzija.

  13. Jattendi u jissorvelja kull prova skedata u s-serati tal-produzzjoni.

  14. Jitkellem fil-pubbliku dwar il-festival.

  15. Jiddevota l-ħin kollu meħtieġ biex il-festival jirnexxi.

  16. Ikun Malta mill-inqas 3 ġimgħat qabel il-festival u matulu.

  17. Iżomm mal-baġits allokati u mal-iskadenzi stabbiliti.

  18. Jikkollabora ma’ Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi (PCOs) u aġenziji/entitajiet kulturali oħrajn.

  19. Jirrapporta lill- Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta.

  20. Jaqdi kull dmir relatat ieħor li jassenjalu l- Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta.


Il-Kriterji tal-Għażla


L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu viżjoni artistika ġenerali u jiżviluppaw il-festival biex iwettqu l-missjoni u l-viżjoni tiegħu filwaqt li jistinkaw għall-kwalità u l-eċċellenza. L-applikanti għandu jkollhom rekord ippruvat tax-xogħol tagħhom, ikunu determinati u motivati, u jkollhom ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti. Se jkunu meħtieġa jagħmlu użu mir-riżorsi u n-networks eżistenti tagħhom biex jattiraw interess lokali u internazzjonali fil-festival.


Il-Ħiliet u l-Esperjenza Meħtieġa


Il-Kandidati għandu jkollhom rekord ippruvat f’dan li ġej:


  1. Fehim tal-ħtiġijiet u l-ispejjeż loġistiċi u tal-produzzjoni.

  2. Networking ma’ artisti u kumpaniji tal-maniġment artistiku lokali u internazzjonali.

  3. Ħiliet ta’ komunikazzjoni tajbin ħafna.

  4. Ħiliet ta’ organizzazzjoni tajbin ħafna.

  5. Esperjenza ta’ ħidma f’avvenimenti, produzzjonijiet, u festivals kulturali ta’ profil għoli.

  6. Il-ġenerazzjoni tal-ideat u t-twettiq ta’ proġetti mill-idea inizjali sat-tmiem.

  7. Esperjenza fl-immaniġġjar ta’ bosta proġetti.

  8. Esperjenza fl-immaniġġjar tal-avvenimenti.

  9. Għarfien tal-industrija u tas-settur kulturali.

  10. Fehim tal-lingwa/i uffiċjali ta’ Malta u ħila ta’ komunikazzjoni biha/bihom.

Se tingħata preferenza lil professjonisti b’esperjenza vasta fil-qasam tal-arti, b’mod partikolari lil dawk li pparteċipaw f’avvenimenti ta’ prestiġju internazzjonali u li huma lesti li jkomplu jiżviluppaw il-festival tagħna skont il-pjanijiet strateġiċi relatati. Is-sens ta’ responsabbiltà u l-kompetenza fil-fondi pubbliċi se jitqiesu bħala vantaġġ.


Kif Tapplika


L-individwi interessati għandhom jibagħtu portfolio dettaljat li jenfasizza r-rekord artistiku ppruvat tagħhom, flimkien ma’ ittra ta’ motivazzjoni fejn jesprimu x-xewqa li jkunu Direttur Artistiku u r-raġuni għaliex, x’jistgħu joffru f’dan ir-rwol u l-għanijiet li jixtiequ jilħqu jekk jintgħażlu biex jokkupaw il-kariga ta’ Direttur Artistiku għal festival speċifiku.


L-applikant magħżul għandu jkun irreġistrati mad-Dipartiment tal-VAT.


Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu b’email fuq hr.fm@festivals.mt sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru 2022 f’nofsinhar, li fis-suġġett għandu jinkludi n-numru ta’ referenza FM2022/003-004 u l-isem tas-sottomissjoni “Applikazzjoni għal Direttur Artistiku għall-Ritmu Festival”.


Il-mistoqsijiet dwar is-sejħa għandhom jintbagħtu lil hr.fm@festivals.mt sa nhar it-Tlieta 13 ta’ Settembru 2022 f’nofsinhar.


Kull applikazzjoni se tiġi rikonoxxuta u l-kandidati eliġibbli se jiġu intervistati f’Settembru 2022.


Nota Speċjali: Kull meta jintuża terminu speċifiku għall-ġeneru, dan għandu jinftiehem bħala li jirreferi għaż-żewġ sessi, sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod espliċitu. Dan isir biss għall-iskop li t-test isir aktar faċli biex jinqara, u l-ebda reat jew sessiżmu ma huwa maħsub.