• Festivals Malta

Festivals Malta launches a festival dedicated to dance.

Updated: Mar 17

Dance Festival Malta will take place between the 28th and the 31st of July 2022.
Photo by Darren Agius

Festivals Malta has launched a new festival dedicated to dance as part of its diversified portfolio. Dance Festival Malta will showcase the art of dance, which although it has always been part of the cultural arts program, has never had a dedicated platform. The festival will be spread over four days of intensive workshops and contemporary performances by various local and international artists. Through this initiative, Festivals Malta will help to open new doors for dance students with the aim of providing new experiences for their future, as well as for local artists, who want to reach new horizons in their professional career.

Photo by Darren Agius

The Minister for Cultural Heritage, Arts and Local Government Dr José Herrera stressed that he had long dreamed of giving this art form a suitable platform, so that every sector of the performing arts could be celebrated in the best way possible. "Today we are launching this new initiative for another sector in the local cultural calendar where we have developed the idea for Malta to have a festival dedicated to dance. Through Dance Festival Malta we will be giving more opportunities to our artists both locally and abroad. I am certain that the festival will attract various professional dancers from different countries who will not only train all those who will participate, but also build relationships, share experiences and strengthen their career for the future," said Minister Herrera.

Photo by Darren Agius

Festivals Malta CEO, Annabelle Stivala said that through Dance Festival Malta, local artists will be given the opportunity to build new relationships with international artists, as well as create new collaborations with local dance schools. “This multidisciplinary festival marks a new chapter for Festivals Malta. I firmly believe that we will achieve a goal that we have been working on for several years; that Malta will be one of the main destinations for dance festivals on the international cultural map", said Stivala.

Photo by Darren Agius

The Artistic Director of the Dance Festival Malta, Francesca Tranter, explained that this festival is being launched at a very important time due to the changes that are taking place in the performing arts sector. “Dance Festival Malta will provide opportunities for both local and international artists to exhibit their work while presenting high quality performances. The festival will include various activities for semi-professional artists, professionals and students in the form of masterclasses, workshops, discussions and performances, with the aim of strengthening the artists' relationships with each other as well as with our audiences.”


Dance Festival Malta is organized by Festivals Malta between the 28th and 31st of July 2022, with the support of the Malta Tourism Authority, Spazju Kreattiv, ASI and the Ministry for National Heritage, Arts and Local Government. More information at www.festivals.mt/dfm.

 

Festivals Malta jniedi festival ġdid li joħloq pjattaforma iddedikata għaż-żfin.

Dance Festival Malta ser isir bejn it-28 u l-31 ta’ Lulju 2022.

Festivals Malta nieda festival ġdid dedikat għaż-żfin fil-portafoll diversifikat tiegħu. Dance Festival Malta ser jiffoka fuq l-arti taż-żfin, li għalkemm dejjem għamel parti mill-programm artistiku kulturali, qatt ma kellu pjattaforma ddedikata għalih. Dan il-festival ser ikun imqassam fuq erba’ tijiem ta’ workshops intensivi u prestazzjonijiet kontemporanji minn diversi artisti lokali u internazzjonali. B’hekk Festivals Malta ser jkun jista’ jiftaħ bibien ġodda għall-istudenti ta’ dan il-qasam biex jiksbu l-esperjenza neċessarja li ser tgħinhom għall-futur tagħhom, kif ukoll għall-artisti lokali, li jixtiequ jilħqu orizzonti ġodda fil-karriera professjonali tagħhom.


Il-Ministru għall-Wirt Kulturali, l-Arti u l-Gvern Lokali Dr José Herrera saħaq li kien ilu joħlom li din il-forma t’arti tingħata pjattaforma xierqa, b’hekk kull settur tal-arti performattiva jista’ jiġi ċċelebrat bl-aħjar mod possibbli. “Illum qed inniedu din l-inizjattiva ġdida għal settur ieħor fix-xena lokali fejn żviluppajna l-idea sabiex Malta jkollha festival iddedikat għaż-żfin ta’ kalibru għoli. Permezz ta’ Dance Festival Malta ser inkunu qed nagħtu aktar opportunitajiet lill-artisti tagħna kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Dan għaliex ser jiġbed diversi żeffiena professjonali minn pajjiżi differenti li mhux biss ser iħarrġu lil kull min ser jipparteċipa, iżda jibnu wkoll relazzjonijiet, jaqsmu l-esperjenzi u jsaħħu l-karriera tagħhom għall-futur,” sostna l-Ministru Herrera.


Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala qalet li permezz ta’ Dance Festival Malta, l-artisti lokali ser jingħataw l-opportunita` li jibnu relazzjonijiet ġodda ma’ artisti internazzjonali, kif ukoll ser joħloq kollaborazzjonijiet ġodda mal-iskejjel taż-żfin f’pajjiżna. “Dan il-festival multidixxiplinarju jimmarka kapitlu ġdid għal Festivals Malta. Jiena nemmen bis-sħiħ li ser nilħqu għan li ilna naħdmu għalih diversi snin; li Malta tkun waħda mid-destinazzjonijiet ewlenin għall-festivals taż-żfin fuq il-mappa kulturali internazzjonali”, qalet Stivala.


Id-Direttur Artistiku ta’ Dance Festival Malta, Francesca Tranter, spjegat li dan il-festival qed jiġi varat fi żmien importanti ħafna minħabba l-bidliet li qed iseħħu fis-settur tal-arti performattiva. “Dance Festival Malta ser jipprovdi opportunitajiet kemm għall-artisti lokali, kif ukoll dawk internazzjonali, biex jesponu x-xogħol artistiku tagħhom waqt li jippreżentaw prestazzjonijiet tal-għola livell. Il-festival ser jinkludi diversi attivitaijiet għall-artisti semi-professjonali, dawk professjonali u studenti f’forma ta’ masterclasses, workshops, diskussjonijiet u prestazzjonijiet, bil-għan li nsaħħu r-relazzjonijiet tal-artisti bejniethom kif ukoll mal-udjenzi tagħna.”


Dance Festival Malta huwa organizzat minn Festivals Malta u ser isir bejn it-28 u l-31 ta’ Lulju 2022, bis-sapport tal-Malta Tourism Authority, Spazzju Kreattiv, ASI u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Aktar informazzjoni fuq www.festivals.mt/dfm.