top of page

Imnedija l-applikazzjonijiet għall-fond ta’ Rock'N Malta 2026 b'allokazzjoni totali ta’ miljun ewro.

  • festivalsmalta
  • Oct 31
  • 1 min read
Ritratt: Elisa von Brockdorff
Ritratt: Elisa von Brockdorff

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda sejħa għall-applikazzjonijiet għall-fond ta’ Rock’N Malta għall-2026.


Din is-sena, qed jiġu allokati total ta’ €1,000,000 f’fondi sabiex jipprovdu għajnuna lill-organizzaturi, il-promoturi u l-artisti u bands ta’ avvenimenti tal-mużika rock.


Dan il-fond għal darb’oħra qed jiġi amministrat minn Festivals Malta.

Il-Ministru Bonnici qal, “Dan hu pass ieħor b’saħħtu biex inkomplu nsaħħu x-xena tal-mużika rock f’pajjiżna u inizjattivi bħal dawn jagħtu opportunita' ill-artisti u lill-promoturi lokali biex jesprimu t-talent tagħhom u joħolqu avvenimenti ta’ livell għoli. Grazzi lil Festivals Malta talli qed tkompli tkun spalla importanti fil-kultura Maltija.”


Ritratt: David Mallia
Ritratt: David Mallia

Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta Aaron Zahra qal li, “Għal sena oħra qed nerġgħu nħabbru dan il-fond li joffri tant għajnuna lill-organizzaturi u promoturi fix-xena tal-mużika rock. Kommessi li nkomplu ninvestu f’dan is-settur biex dejjem intejbu l-kwalità ta’ avvenimenti offruti lokalment. Inħeġġeġ lill-promoturi u lill-organizzaturi biex jilqgħu l-istedina tagħna u japplikaw għal dan il-fond.”


Ritratt: David Mallia
Ritratt: David Mallia

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Frans Agius qal li “Rock’N Malta huwa pjattaforma importanti għal Festivals Malta għax permezz ta’ dan il-fond nilħqu settur mużikali li tant huwa popolari f’pajjiżna. Permezz tal-għajnuniet li offrejna b’dan il-fond, din is-sena rajna diversi gruppi bħal Dire Straits Legacy, Apocalyptica, Zucchero u oħrajn li nġiebu f’pajjiżna, filwaqt li konna ta’ għajnuna wkoll lil diversi festivals lokali bħal Rockwired, Rock the South, Dark Malta u ħafna oħrajn”.


Ritratt: Elisa von Brockdorff
Ritratt: Elisa von Brockdorff

L-applikazzjonijiet għall-fondi ta’ Rock’N Malta 2026 jagħlqu fl-21 Novembru 2025.


Kull min hu interessat japplika għandu jżur is-sit www.festivals.mt/rocknmalta.



2 Comments


Bevis Jason
Bevis Jason
Nov 04

You can build massive towers or hidden underground bases in Eaglercraft Unblocked all while exploring endless terrain and fighting off mobs that come out at night.

Like

Game Slope rider
Game Slope rider
Nov 01

Welcome to a mountain where hesitation kills. Slope Rider forces you to commit, move, and react instantly. Sharp corners, moving dangers, and icy physics demand perfection. One slip, one crash—try again.

Like
bottom of page