Jagħlqu l-applikazzjonijiet għall-Mużika Mużika 2026
- festivalsmalta
- Sep 22
- 1 min read

Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru għalqu l-applikazzjonijiet għal Mużika Mużika 2026, li issa wasal fis-sitt edizzjoni tiegħu. Organizzat minn Festivals Malta, Mużika Mużika stabilixxa ruħu bħala l-festival ewlieni tal-kanzunetta Maltija b’produzzjoni tal-ogħla livell li tippromwovi l-kompożizzjoni Maltija, u lit-talent Malti.
Għal darb’oħra, il-festival irċieva numru sostanzjali ta’ sottomissjonijiet minn diversi kompożituri, kantanti, u bands lokali b’kanzunetti li jinkludu mużika minn ġeneri mużikali differenti.
Fil-proċess li jmiss, il-Bord ta’ Mużika Mużika flimkien mat-tim ta’ Festivals Malta se jorganizza sessjonijiet ta’ evalwazzjoni minn ġurija esperta fejn jintgħażlu l-aħjar 30 kanzunetta sottomessa. Wara, dawn se jiġu interpretati live, akkumpanjati minn backing track, f’sessjoni oħra quddiem ġurija differenti minn dik ta’ qabel. Wara din l-aħħar evalwazzjoni, jintgħażlu s-16-il kanzunetta finali li se jikkompetu f’Marzu li ġej.
Festivals Malta u l-Bord ta' Mużika Mużika jixtiequ jirringrazzjaw lill-artisti kollha li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom u jawgurawlhom suċċess.
Il-finalisti ta’ Mużika Mużika jiġu mħabbra wara l-live auditions fix-xahar ta’ Novembru. Dawn ser jiġu mħabbra permezz ta’ stqarrija separata. Mużika Mużika 2026 ser isir bejn id-19 u l-21 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla. Għal aktar informazzjoni fuq il-festival żur is-sit www.muzikamuzika.mt.



BASEBALL 9 is an exciting, realistic sports game about baseball. Become the manager of a professional baseball team and lead your team to victory, competing in higher-level tournaments.
traffic rider is an unending first-person motorcycle racing game that dodges traffic on highways.
Admiring the time and effort you put into your blog and detailed information you offer!.. Check our best full spectrum cbd.
Midnight Cry Evangelistic Ministry, founded in 1977, is a Christ-centered Evangelistic Center Church with a mission to reach the lost, strengthen believers, and prepare hearts for the Lord's return. Through powerful preaching, dedicated Church Ministries, and a welcoming Church Hospitality Ministry, we create a place where faith grows and lives are transformed. Rooted in love, service, and truth, we invite you to join us in sharing the Gospel, building the body of Christ, and answering the Midnight Cry.
Exciting to see applications opening for ŻiguŻajg 2026! This festival does such wonderful work inspiring young audiences through the arts. While celebrating creative opportunities for children, I appreciate how platforms like Block Blast also nurture young imaginations — their free online games offer safe, engaging worlds where kids can explore and create. Empowering the next generation of artists!