top of page
  • Writer's pictureFestivals Malta

CLOSED - NOTTE BIANCA 2024 - SEJĦA GĦAL ESPRESSJONI TA’ INTERESS

Updated: Jan 16

Notte Bianca huwa wieħed mill-akbar festivals annwali tal-arti u l-kultura f’Malta, b’diversi avvenimenti li jseħħu madwar il- Belt Valletta f’lejl wieħed biss. Dan il-festival, li jsir fl-ewwel Sibt ta’ Ottubru, jibdel it-toroq tal-Belt Valletta f’ċelebrazzjoni spettakolari tal-arti. It-toroq, il- pjazez, il-knejjes, il-palazzi tal-istat, u l-mużewijiet tal-Belt Valletta jinbidlu f’palkijiet u spazji għal numru kbir ta’ kunċerti u, prestazzjonijiet artistiċi, filwaqtli ħafna kafetteriji u ristoranti jestendu l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom.

a concert
Ritratt - Lorella Castillo

Festivals Malta qiegħed jaċċetta espressjonijiet ta’ interess għal Notte Bianca 2024, li se ssir nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru.

Festivals Malta jistieden lil dawk kollha interessati jissottomettu l-proposti tal-proġetti kreattivi tagħhom biex jiġu kkunsidrati għall-programm artistiku ta’ Notte Bianca 2024.

  • Proġetti oriġinali ser jingħataw preferenza.

  • Jekk il-kunċett tal-proġett jikkumplimenta l-viżjoni artistika tal-festival, it-tim ta’ Notte Bianca se jorganizza laqgħat mal-applikant/i sabiex flimkien jesploraw u jiżviluppaw l-proġett f’aktar dettall. Dawn il-laqgħat ser isiru fi Frar 2024, u kull proposta ser tiġi evalwata mid-Direttur Artistiku flimkien mat-tim ta’ Festivals Malta.

  • Kull parteċipant magħżul ser jirċievi konferma bil-miktub rigward il-parteċipazzjoni tagħhom waqt Notte Bianca. Din il-konferma ser tintbgħat permezz ta’ email sal-aħħar ta’ Mejju 2024.

  • Wara li tintbgħat in-notifika, jrid jiġi ffirmat kuntratt bejn Festivals Malta u l-parteċipant ikkonċernat li jissostitwixxi kwalunkwe tip ta’ arranġament, kemm verbali jew ta’ natura oħra, li jkun sar qabel. Il-pagamenti jiġu maħruġa skont il-kuntratt.

  • Rapreżentazzjoni viżwali tal-proċess tal-applikazzjoni huwa disponibbli f’Appendiċi A (disponibbli fil-PDF li jista' jitniżżel hawn taħt).

  • Il-proposta artistika trid tidentifika persuna li jkun il-punt ta’ kuntatt ewlieni waqt il-proġett, u li jkun kommess li jaħdem id f’id mal-Festival Manager u mad-Direttur Artistiku mill-bidu sal-aħħar tal-proġett.

L-Espressjonijiet ta’ interess għandhom jintbagħtu b’email fuq nottebianca@festivals.mt jew jiġu sottomessi f’envelopp issiġillat fl-uffiċċini ta’ Festivals Malta fil-Furjana, sa mhux aktar tard mit-Tnejn 15 ta’ Jannar 2024 sa nofsinhar. Dan għandu jiġi indirizzat kif ġej:


Notte Bianca 2024 - Espressjoni ta’ Interess Festivals Malta, 13, Europa Centre Floor II, Triq John Lopez, Il-Furjana


Għal kull kjarifika, l-applikanti interessati huma mistiedna jibagħtu email fuq nottebianca@festivals.mt bis-suġġett Notte Bianca 2024 Espressjoni ta’ Interess - Klarifikazzjonijiet, sal-Ġimgħa 6 ta’ Jannar 2024 sa nofsinhar. Applikazzjonijiet li jidħlu tard mhux se jiġu aċċettati.


NB 2024 Applikazzjoni ghal Espressjoni ta' Interess
.pdf
Download PDF • 170KB

 

NOTTE BIANCA 2024 - EXPRESSION OF INTEREST


Notte Bianca is one of Malta’s biggest annual arts and culture festivals, with various events happening all around Valletta in just one night.


Taking place on the first Saturday of October, the Valletta cityscape lights up with a spectacular celebration of the arts that is open to the public free of charge. Valletta’s streets, piazzas, churches, state palaces, and museums are transformed into venues for a myriad of live performances and concerts, while many cafés and restaurants extend their opening hours.


Festivals Malta is accepting expressions of interest for Notte Bianca 2024, which will be held on Saturday 5th October.


Festivals Malta invites interested parties to submit their artistic project proposals to be considered for the Notte Bianca 2024 programme.

  • Preference will be given to original projects.

  • Should the concept of the project fit the creative vision of the festival, the Notte Bianca team will set up meetings with the applicant in order to explore and develop the project in further detail. Such meetings will take place in February 2024 after each proposal is reviewed by the Artistic Director.

  • By the end of May 2024, all chosen participants will receive confirmation in writing in the form of an acceptance letter from Festivals Malta regarding their participation in Notte Bianca 2024.

  • After the acceptance letter, a contract will need to be signed between Festivals Malta and the applicant that supersedes any other previous agreement verbal or otherwise. Payments will be issued according to the signed contract agreement.

  • A visual representation of the application process is available in Appendix A (available in the downloadable PDF below).

  • The artistic proposal must also identify a person who will act as the main point of contact for the project and who will liaise directly with the Festival Manager and the Artistic Director from the start to the completion of the project.

Expressions of interest should be sent by email to nottebianca@festivals.mt or delivered by hand to the Festivals Malta offices in Floriana, by not later than Monday 15th January 2024 by noon. This should be addressed as follows:


Notte Bianca 2024 – Expression of Interest

Festivals Malta,

13, Europa Centre, Floor II,

John Lopez Street,

Floriana.

For any clarifications, interested applicants are welcome to send an email to nottebianca@festivals.mt with Notte Bianca 2024 Expression of Interest - Clarifications in the subject by not later than Friday 6th January 2024 by noon.


Late applications will not be accepted.


NB 2024 Application for Expression of Interest
.pdf
Download PDF • 135KB

bottom of page