top of page
  • Writer's pictureFestivals Malta

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI



Kap eżekuttiv ġdid għal Festivals Malta. Is-Sur Francis Agius qed jiġi appuntat kap eżekuttiv ta’ Festivals Malta.


Is-Sur Agius ilu impjegat fis-Servizz Pubbliku mill-1984 fejn serva f’diversi karigi ma’ entitajiet u dipartimenti f’oqsma kulturali varji taħt diversi amministrazzjonijiet.


Matul din l-esperjenza ta’ ftit inqas minn erbgħin sena, huwa ħadem fost l-oħrajn mad-Dipartiment tal-Mużewijiet, id-Dipartiment tal-Kultura u l-Arti, l-Orkestra Nazzjonali, St James Cavalier - Ċentru għall-Kreattività, il-Valletta Rehabilitation Project u d-Direttorat tar-Restawr. Fl-2014 huwa ngħaqad mal-Kunsill Malti għall-Arti u mat-twaqqif ta’ Festivals Malta serva bħala Assistent Direttur u Head of Festivals tal-istess entità.


Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici rringrazzja lill-kap eżekuttiv uxxenti Annabelle Stivala tal-ħidma kbira li wettqet f’dan is-settur, kemm meta serviet bħala direttriċi responsabbli mill-festivals fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti u iktar u iktar meta mexxiet lil Festivals Malta sa mill-ħolqien tagħha. Huwa awgura wkoll lis-Sur Agius suċċess fir-rwol ġdid tiegħu.


Il-Bord ta’ Festivals Malta feraħ lis-Sur Agius u rringrazzja lis-Sinjura Stivala tas-servizz tajjeb ferm li wettqet.


Il-ħatra ta’ kap eżekuttiv ġdid se ssir b’effett minn nhar it-Tlieta 20 ta’ Ġunju, 2023.

bottom of page