top of page

16-il kanzunetta finalista għal Mużika Mużika 2027

Writer: Festivals Malta
Festivals Malta
36 minutes ago
2 min read

Is-seba’ edizzjoni  ta’ Mużika Mużika ser issir bejn il-11 u t-13 ta’ Marzu 2027.

 


Fis-26 ta’ Ottubru 2026, Festivals Malta ħabbret il-kanzunetti finalisti tas-seba’ edizzjoni ta’ Mużika Mużika li se ssir f’Marżu tas-sena d-dieħla. B’kollox, intgħażlu sittax-il kanzunetta li se jkunu qed jgħaddu għall-finali tal-festival mingħajr fażi eliminatorja.

 

Fil-fażijiet preċedenti, l-applikazzjonijiet sottomessi, li b’kollox ammontaw għal 171 sottomissjoni, ġew evalwati minn ġruija esperta fil-preżenza tan-Nutar tal-gvern. Dawn il-kanzunetti ġew ridotti għal ħamsin, u wara għal tletin kanzunetta semifinalista. Dawn it-tletin kanzunetta ġew ippreżentati mill-kantanti permezz ta’ live audition quddiem ġurija separata u fil-preżenza tan-Nutar. Minn hemm, ġew magħżula s-sittax-il kanzunetta finalista. 

  

Il-Bord ta' Mużika Mużika flimkien mal-managment ta' Festivals Malta saħqu li sena wara sena Mużika Mużika qiegħed dejjem jisaħħaħ mhux biss fir-reputazzjoni tiegħu bħala festival ewlieni, iżda wkoll fl-importanza tiegħu bħala pjattaforma għall-artist Malti. Il-festival kellu diversi sottomissjonijiet tal-ogħla kwalità u t-tim ta’ Mużika Mużika jixtiequ jirringrazzjaw lil kull min applika biex ikun parti minn dan il-festival. Il-Bord flimkien ma' Festivals Malta jixtiequ jawguraw lill-finalisti tal-festival u jinsabu ħerqanin biex f’Marzu li ġej jiġu ppreżentati l-kanzunetti tal-artisti parteċipanti fuq il-palk ta’ Mużika Mużika.

 

It-tim ta’ Mużika Mużika issa se jgħaddi għall-fażi li jmiss tal-preparamenti loġistiċi, li jinkludi l-arranġamenti mużikali, ix-xogħol fuq il-palk, it-tfassil tal-produzzjoni u aktar, bi preparazzjoni għall-festival li se jsir bejn il-11 u t-13 ta’ Marzu 2027.

 

Il-kanzunetti finalisti huma dawn (f'ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):


Kanzunetta

Artist

Kompożitur

Awtur

Fjamma Nar

Drakard

Philip Vella

Joe Julian Farrugia

Għalik

Janvil

Pamela Bezzina

Pamela Bezzina

Ġugarell

Marc Alan

Marc Alan Spiteri Stafrace

Marc Alan Spiteri Stafrace

Id f'Id

Petra

Paul Giordimaina

Fleur Balzan

Il-Ħajja Hi Film

Corazon

Corazon

Corazon

Imqar Għal Ftit

SterjoTipi

Mark Micallef Costa

Mark Micallef Costa

Int (Għalik)*

Neville Refalo

Ray Agius

Corazon

L-Għanja Tas-Skiet

Cliff Zammit Stevens

Pamela Bezzina

Pamela Bezzina

Naf

Giada

Glen Vella

Philip Vella

Ngħix Għalik (Għalik)*

Fabrizio Faniello

Ray Agius

Emil Calleja Bayliss

Qabel Il-Waqt

Daniel Cauchi

Daniel Cauchi

Michael Spagnol

Qalb Tad-Deheb

Michela Pace

Cyprian Cassar

Emil Calleja Bayliss

Sibna 'L Xulxin

Karin Duff

Karin Duff

Karin Duff

Sinjal

Danica Muscat x Tekzee

Cyprian Cassar

Emil Calleja Bayliss

Surreali

Kristy Spiteri

Philip Vella

Joe Julian Farrugia

Ta' Xulxin

Klinsmann

Klinsmann Coleiro

Joe Julian Farrugia

 *Peress li fil-finali hemm aktar minn kanzunetta waħda bit-titlu Għalik, it-titlu ta' żewġ kanzunetti ġie mibdul mill-kompożituri tagħhom biex l-isem tal-kanzunetta jibqa' wieħed uniku. Għal din l-istanza biss, qed inżommu l-isem preċedenti ta' Għalik fil-parentesi ħdejn il-kanzunetti kkonċernati biex jindikaw din il-bidla.


Għal aktar informazzjoni żur www.muzikamuzika.mt

bottom of page