Mużika Mużika: 30 kanzunetta jgħaddu għall-fażi li jmiss


Festivals Malta tħabbar it-30 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss ta’ Mużika Mużika 2027. Din is-sena, il-festival irċieva 171 sottomissjoni li jinkludu diversi kanzunetti ta’ ġeneri mużikali varji.
Waqt l-ewwel fażi ta' preparamenti għas-seba’ edizzjoni ta’ Mużika Mużika, il-kanzunetti sottomessi ġew iġġudikati minn membri tal-ġurija esperta fejn intgħażlu l-aqwa 30 kanzunetta. Dawn il-kanzunetti se jkunu qed jgħaddu għall-fażi li jmiss, fejn se jiġu interpretati live quddiem ġurija differenti minn dik tal-ewwel fażi. F’din il-fażi, se jintgħażlu s-16-il kanzunetta finalista li se jiġu ppreżentati waqt is-seba’ edizzjoni ta’ Mużika Mużika, li se ssir bejn il-11 u t-13 ta’ Marzu 2027.
It-30 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss huma dawn (f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):
Fjamma Nar
Ġejja Lura
Għalik *
Għalik **
Għalik ***
Għannaqtek
Ġugarell
Ħobbni
Id f'Id
Ikun xi Jkun
Il-Ħajja hi Film
Imqar għal Ftit
Inħobbok Tassew
Ktieb Miftuħ
Labirint
L-Għanja tas-Skiet
Ma Nafx
Naf
Nagħżel li Ngħix
Narak Illejla
Nibqa' Ħdejk
Qabel il-Waqt
Qalb tad-Deheb
Qalbek Kbira
Ritratt
Sibna ’l Xulxin
Sinjal
Surreali
Ta' Xulxin ****
Tgħemiża
Peress li kien hemm aktar min kanzunetta waħda bl-isem ta’ GĦALIK u TA’ XULXIN, nikkjarifikaw billi insemmu l-isem tal-kompożituri u l-awturi:
Għalik * – Ray Agius u Emil Calleja Bayliss
Għalik ** – Ray Agius u Corazon Mizzi
Għalik *** – Pamela Bezzina
Ta’ Xulxin **** - Klinsmann Coleiro u Joe Julian Farrugia


