top of page

Applikazzjonijiet għall-Karnival tas-Sajf 2026

  • Writer: Festivals Malta
    Festivals Malta
  • Jun 12
  • 4 min read
 Ritratt ta' Stephen Buhagiar
Ritratt ta' Stephen Buhagiar


APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-KUNSIDERAZZJONI TA’ PARTEĊIPAZZJONI B’KARRU FIL-KARNIVAL

TAS-SAJF 2026


Il-Karnival tas-Sajf 2026 se jsir il-Ġimgħa 21, is-Sibt 22 u l-Ħadd 23 ta’ Awwissu, 2026.


L-attivitajiet marbuta mal-Karnival tas-Sajf se jiżvolġu il-Ġimgħa 21 u s-Sibt 22 ta’ Awwissu f’Buġibba filwaqt li l-Ħadd 23 ta’ Awwissu 2026, l-attivita’ tkun  f’Wied il-Għajn.  Espressjonijiet ta’ interess għall-parteċipazzjoni b’karru  fil-Karnival tas-Sajf  jintlaqgħu fl-Uffiċċju ta’ Festivals Malta, il-Floriana sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 15 ta’ Gunju, 2026 fl-10 am.


Flimkien mal-applikazzjoni,  wieħed ikun mistenni li jehmeż skeċċ u d-dettalji kollha flimkien mat-tagħrif meħtieġ ta’ x’trailer wieħed ikun se juża’ jekk magħżul, il-kostruzzjoni eċċ....   Il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni se tkun marbuta ma’ dawn il-kriterji:-


a.   Il-parteċipanti jiġu magħżula skont il-ħtieġa li jkun hemm mill-organizzazzjoni.  F’każ ta’ ħtieġa l-organizzazzjoni tfassal kriterji għal mod tal-għażla, inkluż intervisti mal-parteċipanti.

b.   Il-karru jrid ikun immuntat fuq trailer adekwat b’roti adekwati .   Il-qisien tal-karru għandu jkun:-

Tul :- Mhux anqas minn 18-il pied ( 5.5 metru)   iżda mhux akbar minn 22 pied (6.7 metru)

Wisa’:- Mhux anqas minn 7 piedi (2.1metru)   iżda mhux akbar minn 9 piedi (2.7 metru)

Għoli :-  Mhux aktar minn 14-il pied (4.2metru)  għoli fiss. Fuq il-karru mhux permess li jkun hemm maskarati. Kull entratura ma jistax ikollha l-ebda konnessjoni ma’  xi rebħ ta’ xi konkors tal-Karnival tax-Xitwa jew f’xi attivitajiet oħrajn. It-trailer inkluż ir-roti tal-istess irid ikun wieħed iċċertifikat tajjeb għal tali użu mill-inġinier u/jew persun oħra kwalifikata fil-qasam.  Preferibbilment it-trajler dejjem aħjar ikun double wheel.

 

It-tim kollu ma jkunx permess li jilbes xi t-shirts b’xi marki (logos) ta’ rebħ eċċ.

Iż-żeffiena jridu jkunu lebsin b’mod diċenti, b’ kostum  addattat għall- Karnival tas-Sajf.  T-shirts u shorts tad-denim mhux permessi  (sakemm ma jkunux karnivaleski/fancy u magħmula apposta bħala kostum).

L-etajiet tal-gruppi annimaturi mal-karru  jridu jkunu minn 12-il sena ‘l fuq, u ma jistax ikun hemm anqas minn 12 f’kull grupp.

 

c.    Karru jrid ikun b’saħħtu u jiflaħ għall-vjaġġi ukoll lejn il-postijiet tal-isfilata.  Fit-toroq il-karrijiet iridu jkunu miġbuda b’vettura adekwata u b’ liċenzja valida għal tali skop.  Minn ikun magħżul jingħata ċ-ċans li jagħmel użu minn trakter propjeta ta’ Festivals Malta.  F’tali każ għal tali tractor  il-leader ikun responsabbli għal kwalunkwe ħsara u/jew danni matul il-perjodu li tali trakter jiġi misluf.  Hu obbligu li x-xufier ikun liċenzjat a propostu biex isuq it-tali nġenji.   Oltre, il-leader huwa responabbli biex josserva d-data u l-ħin meta jista’ jinġabar u/ jew jittieħed lura tali tractor.  F’każijiet li t-tractor ma jiġix miġbur jew ritornat fil-ħin miftiehem, il-leader jeħel l-ispejjes addizzjonali li jinħolqu biex it-tali tractor jiġi ritornat fil-post miftiehem.

d.   Il-karru jiġu spezjonat minn qabel mill-inġinier.  Kwalunkwe parir jew rakkomandazzjoni li jgħid l-inġinier trid tiġi osservata biex il-karru jitħalla jieħu sehem.

e.   Ma’ kull karru għandu jkun hemm 4 persuni ma’ kull kantuniera tal-karru biex jassiguraw dejjem li l-ebda persuna ma tersaq lejn il-karru waqt l-isfilata. Dan hu obbligu tal-leader biex f’kull ħin jiġi evitat kull periklu

f.     Il-ħoss irid ikun moderat  u fl-ebda mument ma jkun jista’ jeċċedi l-qawwa ta’ 80dba. (L-ispeakers ma għandhomx ikunu tat-tip long throw.)

g.   Mhux permessi muturi tal-petrol  ġewwa l-karru.  L-ebda fuel li jista’ jikkawża nar jew splużjoni ma jista’ jinżamm fil-karru.

h.   Mhux permess li jkun hemm sistema ta’ hydrolic għat-tħaddim tal-movimenti.

i.     Kull karru jrid ikun mgħammar  b’dak kollu meħtieġ  in konessjoni mas-sigurta’ , inkluż ukoll first aid kits u fire extinguishers adekwati.

j.     F’kull traġitt minn post għall-ieħor mhux permess daqq u fi kwalunkwe ħin il-parteċipanti huma obbligati li josservaw il-liġijiet relatati kemm tat-traffiku, ix-xorb, sustanzi llegali u dak kollu relatat.  It-traġitti jsiru fil-ħinijiet indikati mill-organizzazzjoni.  Jekk xi ħadd jagħmel xi traġitt  f’xi ħin mhux indikata u awtorizzata jew mhux mir-rotta ndikata mill-organizazzjoni r-responsabilita’  kollha taqa’ fuq il-partecipant.    L-organizzazzjoni ma tistax tinżamm responsabbli għal kwalunkwe ksur ta’ liġijiet f’kull ħin.  Appena tispiċċa l-isfilata kull karru hu obbligat li jitfi l-muzika. Tali mużika tista tinxtgħel biss sa siegħa qabel tibda d-defile tal-gurnata li jmiss. 

k.    Is-sussidju massimu  jkun ta’ € 900 għall-parteċipazzjoni  tal-karru flimkien mal-grupp ta’ żeffiena. Applikant li jkun se jkollu grupp ta’ żfin u/jew allegrija mal-item rispettiv jingħata preferenza fil-parteċipazzjoni, ovvjament jekk il-prodott li jkun se jipprovdi jkun ta’ livell.   Mill-banda l-oħra jekk jintagħżlu parteċipanti li ma jkollhomx grupp ta’ żeffiena/allegrija fil-ġranet tal-parteċipazzjoni dawn jingħataw sa mhux aktar minn €800 bħala sussidju.  Kif indikat aktar ‘l fuq, Festivals Malta joffri bla ħlas ta’ kirja it-tractor ta’ Festivals Malta.   It-tali sussidju jkopri kwalunkwe spejjeż oħra li jista’ jkun hemm.  L-organizzazzjoni tiddetermina l-ammont tas-sussidju wara li tikkunsidra kemm il-livell u x-xogħol preżentat,  l-animazzjoni tul l-isfilata mal-karru; il-kostum tal-animaturi,  l-imġieba, u dak kollu konness mal-parteċipazzjoni tal-istess.

l.     L-organizzazzjoni ma tagħmel tajjeb għal ħadd għal kwalunkwe ksur ta’ liġijiet tal-pajjiz.  L-individwu konċernat hu totalment responsabbli f’kull stadju u għal kull azzjoni.

m. F’każ ta’ ksur ta’ xi kundizzjonijiet u/jew imġieba ħażina l-organizzazzjoni żżomm id-dritt li tippenalizza l-entratura bi kwalunkwe tnaqqis fis-sussidju u/jew sospenzjoni mill-attivitajiet tal-karnival segwenti.

 

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-KUNSIDERAZZJONI TA’ PARTEĊIPAZZJONI B’KARRU FIL-KARNIVAL TAS-SAJF 2026

Isem il-Kumpanija

___________________________________________________

Isem u Kunjom tal-Leader

_________________________________________________

 

Numru tal-karta tal-Identità________________________________

Indirizz Postali ______________________________________________________

 

 

Telefown/Mowbajl  ______________________________________________________

Email ________________________________________________________




bottom of page