Tintemm l-Edizzjoni tal-2026 tal-Karnival ta’ Malta
- Festivals Malta

- Feb 18
- 1 min read
Il-Karnival ta’ Malta, organizzat minn Festivals Malta, laqa’ eluf ta’ nies minn madwar il-gżejjer Maltin bejn it-13 ta’ Frar u s-17 ta’ Frar fit-toroq tal-Belt Valletta, il-Furjana u lil hinn.
Minkejja li l-Karnival ta’ din is-sena affaċċja għadd ta’ sfidi marbuta mal-kundizzjonijiet tat-temp, il-Karnival ta’ Malta kien ta’ suċċess għal sena oħra. Dan ma kienx ikun possibbli mingħajr is-sapport, il-koperazzjoni u l-għajnuna kontinwa tal-awtoritajiet, kif ukoll tal-parteċipanti għad-dedikazzjoni tagħhom minkejja li t-temp ma kienx favorevoli.
Festivals Malta tirringrazzja lill-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali għas-sapport kontinwu tiegħu, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, il-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Transport Malta, LESA, l-Awtorità tal-Artijiet, il-Cleansing & Maintenance Division (Clean Malta), il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, Floriana, Ħamrun u ta’ Santa Venera, il-Public Broadcasting Services Ltd, St John’s Ambulance & Rescue, Spazju Kreattiv, Infrastructure Malta, l-Għaqda Parteċipanti tal-Karnival u l-parteċipanti kollha ta’ din is-sena, u l-istaff kollu ta’ Festivals Malta. Barra minn hekk, Festivals Malta jirringrazzja lil GSD Marketing Ltd, MCP Car Park u PAL Malta. għas-sapport tagħhom għal din l-edizzjoni tal-Karnival ta’ Malta.
Il-Karnival 2027 ser iseħħ bejn il-5 u d-9 ta’ Frar.



Comments