Imnedija l-programm ta’ avvenimenti ġdid għas-sena 2026 u l-istrateġija għall-ħames snin li ġejjin ta' Festivals Malta
- Festivals Malta

- Dec 5, 2025
- 2 min read

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien ma' Festivals Malta, ppreżentaw uffiċjalment il-programm ta’ avvenimenti ta' din l-Aġenzija għas-sena 2026, li jinkludu 11-il festival, ħames festi nazzjonali, u diversi avvenimenti oħra. Festivals Malta nediet ukoll l-istrateġija tagħha għall-ħames snin li ġejjin, Festivals & Beyond 2026 - 2031.
Dan il-kalendarju ta’ avvenimenti, li jibda minn Jannar 2026 bil-Valletta Baroque Festival, u jagħlaq bit-Three Palaces Festival f’Novembru 2026, jinkludi wkoll festival ġdid bl-isem ta’ Valletta Guitar Festival, u l-iżvilupp ta’ Ritmu Roots Festival f’Festgħana, fost oħrajn.
Il-kelliema spjegaw ukoll uħud mill-inizjattivi tal-aġenzija, partikolarment fuq l-iżvilupp tas-sit elettroniku ta’ Festivals Malta. Is-sit il-ġdid festivals.mt, se jinkludi diversi għodda tal-aċċessibilità bħal screen reader u virtual keyboard, kontenut bilingwi kemm bil-Malti u bl-Ingliż, u menu aġġornat u faċli biex jintuża li joffri l-aħjar esperjenza lill-utenti tiegħu.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonniċi qal: “Ħabbarna programm ambizzjuż u b’viżjoni ċara għall-2026, li jinkludi 11-il festival, ħames festi nazzjonali u bosta avvenimenti oħra li jsaħħu l-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna. Din hija prova ċara ta’ kemm il-kultura f’Malta qed tkompli tikber b’pass sod u b’livell għoli ta’ professjonalità. Preżentajna wkoll l-istrateġija tagħna Festivals & Beyond 2026–2031, li tfisser aktar kollaborazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi u privati, aktar aċċessibilità għall-pubbliku, u aktar impenn lejn il-komunità artistika tagħna. Din hija triq li tkompli tpoġġi lill-kultura Maltija fuq pedament b’saħħtu u futur li jħares ’il quddiem.”

Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta Aaron Zahra ppreżenta l-istrateġija ta’ Festivals Malta u l-pjan li l-Aġenzija għandha għall-ħames snin li ġejjin. “Din l-istrateġija hija prodott ta’ proċess rigoruż li involva diversi artisti, udjenzi, stakeholders u saħansitra esperti internazzjonali fis-settur. Permezz ta’ din l-istrateġija, Festivals Malta se taħdem biex il-festivals tagħha mhux biss itejbu l-kwalità tal-ħajja, iżda wkoll li jrawmu l-kreattività u l-benesseri tal-udjenzi tagħna, u li jgħaqdu l-komunitajiet lokalment u internazzjonalment permezz tal-kultura. B’hekk, Festivals Malta se tkompli ssaħħaħ l-għan ewlieni tagħha: li trawwem u tkabbar portafoll divers ta' festivals li jiċċelebraw il-kultura rikka u l-ispirtu kreattiv ta' pajjiżna.”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Frans Agius, spjega kif Festivals Malta se tiħdol għas-sena l-ġdida mhux biss b’portafoll ta’ avvenimenti ġdid u divers, iżda wkoll b’diversi miri għall-futur. “Il-portafoll ta’ Festivals Malta qiegħed dejjem jikber u jiżviluppa. Għas-sena 2026, l-aġenzija se tkompli tiżviluppa l-kalendarju kulturali tagħha biex noffru esperjenza diversa lill-udjenza tagħna. Bħal dejjem, Festivals Malta se tagħti prijorità mhux biss lill-kultura billi tgħin biex din tkun aċċessibbli għal kulħadd, iżda wkoll biex tippromwovi lill-artist lokali u toffrilu opportunitajiet biex jiżviluppa t-talenti artistiċi tiegħu, filwaqt li tippreżerva u tiċċelebra l-wirt kulturali ta’ pajjżina. Is-sena 2026 se timmarka pass ’il quddiem għal Festivals Malta li jgħinna ntejbu l-kwalità ta’ dak kollu li nagħmlu.”
Għal aktar informazzjoni fuq ix-xogħol ta’ Festivals Malta, żur is-sit elettroniku www.festivals.mt.



Mah, io questi annunci istituzionali li leggo sempre con un po' di scetticismo. Undici festival, cinque feste nazionali, strategie quinquennali... suona tutto bello sulla carta, ma poi la realtà spesso è diversa. Speriamo che quest'anno l'accessibilità non rimanga solo una parola nel comunicato stampa. Curiosamente, proprio ieri leggevo qui su Soft2Bet dei loro numeri del 2024 here: hanno raddoppiato l'EBITDA, licenze in Ontario e Romania, un fondo da 50 milioni per startup. Due modi completamente diversi di fare intrattenimento: uno trainato dai soldi pubblici e dalla burocrazia, l'altro dai mercati e dalla tecnologia. Alla fine, entrambi cercano di portare gente agli eventi. Vedremo chi ci riesce meglio.