• Festivals Malta

Call for Submission for Artistic Project Coordinator for the Monteverdi Project (CLOSED)

Updated: Jul 25

Ref: FM2022/002-1

Festivals Malta is looking for a creative and innovative professional to take on the role of Artistic Project Coordinator. The Artistic Project Coordinator will have the overall responsibility for the management of the artistic project s/he is assigned to and for the development and implementation of its artistic output. The Artistic Project Coordinator will collaborate closely with the Festival Managers and will report to the Festivals Malta CEO. The chosen candidate will need to provide

direction for a period of three years (2023-2025) for the following projects:


MONTEVERDI PROJECT


Since July 2017, a consort of local singers was being trained in ensemble work and Baroque vocal and musical techniques. These masterclasses focus on the work of the influential Italian composer Claudio Monteverdi and his contemporaries.


The aim of the project is to raise awareness among Maltese singers about issues relating to the world of ancient music with particular attention to the use of the voice. In recent years, many important goals have been achieved, some members of the group joined the cast of Rossini’s Otello and thanks to the Monteverdi Project in 2021 it was possible to realize Henry Purcell’s Dido and Aeneas at Teatru Manoel.


A great deal of attention in recent years has been given to the music preserved in the Archives of the Mdina Cathedral which has been researched and performed by the Monteverdi Project.


The Monteverdi Project forms part of Festivals Malta.


Role Summary:


The Project Coordinator shall:

  1. Oversee the recruitment of new singers.

  2. Plan concerts and repertoire with the Artistic Director.

  3. Ensure that productions and masterclasses consist of a high artistic standard.

  4. Schedule the timetable for the Artist in Residence’s visits, any visiting tutor’s schedule, and scheduling of all weekly and production rehearsal schedules.

  5. Work closely with the Artistic Director.

  6. Provide vocal training for the singers on a weekly basis in group sessions.

  7. Provide vocal training through individual sessions with the singers working on solo pieces and Baroque vocal techniques.

  8. Coordinate morning masses where possible at the Jesuits during the Artist in Residence’s visits, subject to singers’ availabilities.

  9. Coordinate a number of lunchtime concerts to be performed at the Jesuits Church in Valletta.

  10. Work closely with the Marketing department in terms of communications, PR and social media.

  11. To be in line with Arts Council Malta and Festivals Malta’s policies

  12. Adhere to public procurement policies.

  13. Adhere to deadlines set by the Agency.


Selection Criteria:


Applicants must be able to provide an overall artistic vision and develop the project to fulfil its mission and vision whilst striving for quality and excellence. Applicants should have a proven track record of their work, be purposeful and motivated, and must possess excellent communication skills.


Skills and Experience Required:


The Candidates must have a proven track record in the following:

  1. Strong understanding of Baroque music.

  2. Budgeting skills.

  3. Understanding of logistical and production requirements and costs.

  4. Networking with international artists.

  5. Strong communication skills

  6. Strong organisational skills

  7. Experience working in high profile cultural events and festivals.

  8. Idea generation and delivery of projects from conception to completion

  9. Experience in managing multiple projects

  10. Experience in event management.

  11. Knowledge of the local area and cultural sector.

Preference will be given to professionals with broad experience in the field of the arts, particularly those who have participated in events of international prestige and who are ready to continue developing our festivals according to the related strategic plans. Accountability and knowledge of working with public funds will be considered an asset.


How to Apply:


Interested individuals should send a detailed portfolio highlighting their artistic track record, together with a letter expressing their motivation and desire to be the Artistic Project Coordinator, the strengths they would bring to the position and the goals they would like to achieve if they are chosen to perform the duties of Artistic Project Coordinator for the above artistic project.


All applicants must be registered with the VAT Department.


Submissions will be received via email to hr.fm@festivals.mt by not later than Friday 22nd July 2022 at noon quoting in the subject the reference number FM2022/002-1 and the submission name ‘Application for Artistic Project Coordinator for Monteverdi Project’


Any questions about the call should be sent to hr.fm@festivals.mt by Friday 15th July 2022 at noon.


Acknowledgments to all applicants will be sent and eligible candidates will be interviewed during August 2022.

 

Sejħa għas-Sottomissjonijiet għal Koordinatur Artistiku għall-Monteverdi Project


Ref: FM2022/002-1

Festivals Malta qed ifittex professjonist kreattiv u innovattiv biex iservi bħala Koordinatur Artistiku. Il-Koordinatur Artistiku se jkun responsabbli b’mod ġenerali biex jimmaniġġja l-proġett artistiku li jiġi/tiġi assenjat(a) għalih, u biex jiżviluppa u jimplimenta l-produzzjoni artistika tiegħu. Il-Koordinatur Artistiku jikkollabora mill-qrib mal-Maniġers tal-Festival u jirrapporta lill-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta. Il-kandidat magħżul jeħtieġ li jipprovdi direzzjoni għal perjodu ta’ tliet snin (2023-2025) għall-proġetti li ġejjin:


IL-MONTEVERDI PROJECT


Minn Lulju 2017, kien qed jiġi mħarreġ f’xogħol ensemble u f’tekniki tal-vuċi u tal-mużika Barokka, grupp ta’ kantanti lokali. Dawn il-masterclasses jiffokaw fuq ix-xogħol tal-kompożitur Taljan influwenti Claudio Monteverdi u l-kontemporanji tiegħu.


L-għan tal-proġett huwa li jqajjem kuxjenza fost il-kantanti Maltin dwar kwistjonijiet relatati mad-dinja tal-mużika qadima b’attenzjoni partikolari għall-użu tal-vuċi. F'dawn l-aħħar snin, intlaħqu ħafna għanijiet importanti; xi membri tal-grupp ingħaqdu mal-kast ta’ Otello ta’ Rossini, u bis-saħħa tal-Monteverdi Project, fl-2021 setgħet tittella’ Dido and Aeneas ta’ Henry Purcell fit-Teatru Manoel.


Ingħatat ħafna attenzjoni f’dawn l-aħħar snin lill-mużika ppreservata fl-Arkivji tal-Katidral tal-Imdina, li ġiet irriċerkata u ndaqqet mill-Monteverdi Project.


Il-Monteverdi Project jifforma parti minn Festivals Malta.


Sommarju tar-Rwol:


Il-Koordinatur tal-Proġett għandu:


  1. Jissorvelja r-reklutaġġ ta’ kantanti ġodda.

  2. Jippjana l-kunċerti u r-repertorju mad-Direttur Artistiku.

  3. Jiżgura li l-produzzjonijiet u l-masterclasses ikunu ta’ standard artistiku għoli.

  4. Ifassal l-iskeda għaż-żjarat tal-Artisti Residenti, l-iskedi tat-tuturi li jżuru, u l-iskedi kollha talprovi ta’ kull ġimgħa u tal-produzzjonijiet.

  5. Jaħdem mill-qrib mad-Direttur Artistiku.

  6. Jipprovdi taħriġ fil-vuċi kull ġimgħa lill-kantanti f’sessjonijiet fi gruppi.

  7. Jipprovdi taħriġ fil-vuċi permezz ta’ sessjonijiet individwali mal-kantanti li jaħdmu fuq biċċiet solo u fuq tekniki tal-vuċi Barokka.

  8. Fejn possibbli jikkoordina l-quddies ta’ filgħodu mal-Ġiżwiti waqt iż-żjarat tal-Artisti Residenti, soġġett għall-iskedi tal-kantanti.

  9. Jikkoordina numru ta’ kunċerti fil-ħin tal-ikla ta’ waranofsinhar fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta.

  10. Jaħdem mill-qrib mad-dipartiment tal-Marketing fuq il-komunikazzjonijiet, il-PR u l-midja soċjali.

  11. Josserva l-politika tal-Kunsill Malti għall-Arti u ta’ Festivals Malta

  12. Josserva l-politika tal-akkwist pubbliku.

  13. Josserva l-iskadenzi tal-Aġenzija.

Il-Kriterji tal-Għażla:


L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu viżjoni artistika ġenerali u jiżviluppaw il-proġett biex iwettqu l-missjoni u l-viżjoni tiegħu filwaqt li jistinkaw għall-kwalità u l-eċċellenza. L-applikanti għandu jkollhom rekord ippruvat tax-xogħol tagħhom, ikunu determinati u motivati, u jkollhom ħiliet

ta’ komunikazzjoni eċċellenti.


Il-Ħiliet u l-Esperjenza Meħtieġa:


Il-Kandidati għandu jkollhom rekord ippruvat f’dan li ġej:


  1. Livell għoli ta' kompetenza fil-mużika Barokka.

  2. Kapaċitajiet ta’ bbaġitjar.

  3. Fehim tal-ħtiġijiet u l-ispejjeż loġistiċi u tal-produzzjoni.

  4. Networking ma’ artisti internazzjonali.

  5. Ħiliet effettivi ta’ komunikazzjoni.

  6. Ħiliet effettivi ta’ organizzazzjoni.

  7. Esperjenza ta’ ħidma f’avvenimenti u festivals kulturali ta’ profil għoli.

  8. Il-ħolqien ta' ideat u t-twettieq ta' proġetti mill-bidu sat-tmiem tagħhom.

  9. Esperjenza fl-immaniġġjar ta’ bosta proġetti fl-istess ħin.

  10. Esperjenza fl-immaniġġjar tal-avvenimenti.

  11. Għarfien taż-żona lokali u tas-settur kulturali.

Se tingħata preferenza lil professjonisti b’esperjenza vasta fil-qasam tal-arti, b’mod partikolari lil dawk li pparteċipaw f’avvenimenti ta’ prestiġju internazzjonali u li huma lesti li jkomplu jiżviluppaw il-festivals tagħna skont il-pjanijiet strateġiċi relatati. Is-sens ta' responsabbiltà u l-kompetenza fil-fondi pubbliċi se jitqiesu bħala vantaġġ.


Kif Tapplika:


L-individwi interessati għandhom jibagħtu portafoll dettaljat li jenfasizza r-rekord artistiku ppruvat tagħhom, flimkien ma’ ittra ta’ motivazzjoni fejn jesprimu x-xewqa li jkunu l-Koordinatur Artistiku tal-Proġett u r-raġuni għaliex, x’jistgħu joffru f’dan ir-rwol u l-għanijiet li jixtiequ jilħqu jekk jintgħażlu biex jokkupaw il-kariga ta’ Koordinatur Artistiku għall-proġett artistiku msemmi hawn fuq.


L-applikanti kollha għandhom ikunu rreġistrati mad-Dipartiment tal-VAT.


Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu b’email fuq hr.fm@festivals.mt sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Lulju 2022 f’nofsinhar. Is-suġġett tal-email għandu jinkludi n-numru ta’ referenza FM2022/002-1 u l-isem tas-sottomissjoni “Applikazzjoni għal Koordinatur Artistiku għall-Monteverdi Project”


Il-mistoqsijiet dwar is-sejħa għandhom jintbagħtu lil hr.fm@festivals.mt sa nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju 2022 f’nofsinhar.


Kull applikazzjoni se tiġi rikonoxxuta u l-kandidati eliġibbli se jiġu intervistati f’Awwissu 2022.


Nota Speċjali: Kull meta jintuża terminu speċifiku għall-ġeneru, dan għandu jinftiehem bħala wieħed li jirreferi għaż-żewġ sessi, sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod espliċitu. Dan isir biss għall-iskop li t-test isir aktar faċli biex jinqara, u l-ebda reat jew sessiżmu ma huwa maħsub.