top of page
  • Writer's pictureFestivals Malta

Il-Karnival ta’ Malta 2022

Festivals Malta jħabbar li ser ikun qiegħed jippreżenta programm kulturali alternattiv għall-edizjoni tal-Karnival ta’ Malta 2022. Il-programm imħejji huwa intiż li filwaqt li titkompla tiġi ċċelebrata l-espressjoni artistika u t-tradizzjonijiet kulturali ta’ pajjiżna, tiġi mħarsa wkoll is-saħħa tal-parteċipanti u l-pubbliku in ġenerali.


Għaldaqstant ser ikun qiegħed jitella programm kulturali li jħares il-protokolli maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika fejn ser jinkludi esebizzjoni tal-kostumi u fotografija marbuta mal-Karnival, interpretazzjoni tal-Qarċilla ġewwa Spazju Kreattiv, kif ukoll fit-toroq tal-Belt Valletta ser jiġu esebiti installazzjonijiet b’materjal tradizzjonali karnivalesk.


Aktar dettalji jingħataw fil-ġranet li ġejjin.


Photo by Sebio Aquilina

==


Malta Carnival 2022


Festivals Malta announces that it will be presenting an alternative cultural program for the 2022 edition of the Malta Carnival. The prepared program will continue to celebrate our country’s artistic expression and cultural traditions, while also safeguarding the health of the participants and the general public.


Therefore, a cultural program will be set up in accordance with the protocols issued by the public health authorities, which will include an exhibition of costumes and Carnival related photography, an interpretation of the Qarċilla in Spazju Kreattiv, as well as various carnivalesque installations throughout the streets of Valletta.


More details will be provided in the coming days.

bottom of page