Jintgħażlu t-30 kanzunetta li se jgħaddu għall-fażi li jmiss ta' Mużika Mużika
- Festivals Malta

- Oct 22, 2025
- 1 min read

Festivals Malta tħabbar it-30 kanzunetta li se jgħaddu għall-fażi li jmiss għas-sitt edizzjoni ta' Mużika Mużika. Il-festival irċieva numru sostanzjali ta' sottomissjonijiet tal-ogħla livell, b'interess u rispons pożittiv ferm minn diversi kantanti, kompożituri u awturi fix-xena tal-mużika lokali.
Waqt l-ewwel fażi ta' preparamenti ta' Mużika Mużika, il-kanzunetti sottomessi ġew iġġudikati minn membri tal-ġurija fil-preżenza tan-Nutar tal-Gvern, fejn minnhom intgħażlu l-aqwa 30 kanzunetta. Issa, dawn il-kanzunetti se jkunu qed jgħaddu għall-fażi li jmiss fejn se jiġu interpretati live quddiem ġurija differenti minn dik tal-ewwel fażi. Minn hemm, jintgħażlu 16-il kanzunetta finalista li se jiġu ppreżentati waqt Mużika Mużika fid-19 u l-21 ta' f'Marzu 2026.
It-30 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss huma dawn (f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):
Avventura
Fuq Ponot Subgħajja
Għannaqtek
Glorja Lilek
Ħej Siri
Id f'Id
Imħabba
Indur Għalik
Int u Jien*
Int u Jien**
Intbaħt
Jekk Forsi
Jista' Jkun
Ktieb Miftuħ
L-Aħħar Jum
Lilek Sibt
L-Ilsien Malti
Nifs
Niftakarna
Nistaqsi
Paċi
Poeżija Mingħajr Tmiem
Qalb tad-Deheb
Sensazzjoni
Tegħmiża
Tibkix
Tibqa' Int
Tiegħi Tkun
Twarrabnix
Żewġ Fergħat
Festivals Malta u l-bord ta’ Mużika Mużika jixtiequ jirringrazzjaw lil kull min issottometta l-applikazzjoni tiegħu għall-festival. Aktar informazzjoni marbuta mal-live auditions ser tintbagħat lill-parteċipanti kkonċernati fil-jiem li ġejjin.
Nota: Peress li għaddew aktar minn kanzunetta waħda bit-titlu ta’ ‘Int u Jien’, nikkjarifikaw li l-kanzunetta Int u Jien* hija tal-kompożituri Edward Abela u Matthew James, filwaqt li l-kanzunetta Int u Jien** hija tal-kompożitur Cyprian Cassar.



This article explains things in a very relatable way. I’ve seen brands struggle just because they rushed without direction. Platforms like jacq360 marketing services highlight how important it is to build things step by step instead of chasing trends blindly.
Kitchen updates are clearly explained here. Kitchen remodeling Rochelle, IL feels more manageable when you understand the steps and contractor coordination involved.
The attention to detail stood out. best garage renovations Rochelle, IL focus on durability, which is important for seasonal climate changes.
I found matlab assignment help useful while practicing MATLAB problems, especially for understanding logic errors and improving my coding approach.
Fundedfirm supports traders who focus on Swing Trading in Forex by providing structured capital access and clear trading rules. This approach captures price movements over several days, using technical structure, trend direction, and market momentum. It suits traders who prefer planned entries, controlled risk, and patience over constant screen time. With discipline and consistency, swing-based forex trading can align well with long-term performance goals.