top of page
festivalsmalta

CLOSED - Fond ta’ Rock’N Malta 2024 - Sejħa Għall-Applikazzjonijiet

Updated: Sep 18, 2023

1. Preambolu


Festivals Malta qed tilqa' applikazzjonijiet għall-fondi biex tagħti sapport għal kunċerti, avvenimenti u festivals tar-rock organizzati f’Malta, taħt il-patroċinju tagħha. Ir-referenza għall-mużika rock hija applikabbli għas-sottoġeneri kollha ta’ din it-tip ta’ mużika.


L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru 2023 f’nofsinhar. L-avveniment li għalih ser issir applikazzjoni għall-fondi jrid iseħħ fl-2024.


Baġit tal-fond għall-2024: €300,000.00


Ammont massimu eliġibbli għal kull proġett: 60% tal-ispiża totali tal-proġett eskluż mil-VAT


Ħlas: 70% mal-iffirmar tal-ftehim tal-għotja

30% wara l-approvazzjoni tar-rapport finali

 

2. Min Jista’ Japplika


L-applikazzjonijiet għall-fondi huma miftuħa għall-applikanti li ġejjin:

  1. Organizzaturi ta’ kunċerti

  2. Promoturi ta’ Festivals

  3. Band(s)

  4. Kantant(i)

  5. NGO(s)

  6. Organizzazzjonijiet Volontarji

 

3. Eliġibilità


L-applikazzjonijiet konformi jgħaddu minn proċess ta’ evalwazzjoni. L- evalwaturi maħtura l-ewwel jiddeterminaw l-eliġibilità tal-proġett. Proposti li mhumiex ikkunsidrati eliġibbli f'termini tal-kriterji stabbiliti ma jiġux pproċessati aktar u ma’ jgħaddux għall-evalwazzjoni.


Biex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jaqgħu f'waħda mill-kategoriji indikati fi klawżola nru 2.


Biex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jipprovdu d-dokumentazzjoni kollha kompluta kif indikat fi klawżola nru 6.


Biex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jipproduċu dokument li jikkonferma li huma konformi mal-liġijiet tat-taxxa sad-data tal-applikazzjoni.


Proġetti li jinkludu Tribute Bands ma jiġux ikkunsidrati għall-finanzjament u b’hekk jitqiesu ineliġibbli.

 

4. Linji Gwida għall-Proposta tal-Proġett


Il-proposta għandha turi fid-dettall kif il-proġett jissodisfa l-kriterji ta’ valutazzjoni ta’ Festivals Malta. Id-deċiżjoni dwar il-finanzjament se ssir fuq is-saħħa tal-informazzjoni sottomessa.


Fil-proposta tal-proġett l-applikant għandu jinkludi dan li ġej:


  1. Deskrizzjoni tal-proġett ta’ mhux aktar minn 500 kelma.

  2. Il-post tal-avveniment li jrid ikun approvat minn Festivals Malta. Festivals Malta għandha d-dritt li tobbliga lill-applikant li jbiddel il-post kif jidrilha xieraq skont il-politika tagħha. Festivals Malta tintrabat li tinnotifika lill-applikant b’tali bidla kmieni kemm jista’ jkun.

  3. L-istruttura tal-organizzazzjoni kif ukoll it-tqassim tal-irwoli għandhom jiġu inklużi b’mod dettaljat, inkluż l-ismijiet ta’ dawk li jokkupaw kull kariga.

  4. Għandu jiġi sottomess pjan dettaljat li jinkludi l-iskadenzi u l-proċess kronoloġiku tal-proġett. Apparti minn hekk il-pjan għandu jindika b'mod ċar ix-xogħolijiet li ser jitwettqu mill-applikant u dawk li se jiġu mqassma lil terzi persuni.

  5. Pjan ta’ direzzjoni tan-negozju dettaljat li jiffoka fuq dan li ġej:

    1. Mudell tan-negozju u dak finanzjarju.

    2. Prezzijiet tal-biljetti, inkluż offerti speċjali u konċessjonijiet.

    3. Lista komprensiva u dettaljata tad-dħul mistenni, inkluż fost l-oħrajn sponsors, eċċ.

    4. Lista dettaljata sħiħa tal-ispejjeż, inklużi l-miżati tal-artist(i), dwal, awdjo, risk assessment, protokolli tas-saħħa u sigurtà, backline, kiri tal-post, spejjeż tal-ħaddiema, eċċ.

    5. Rapport ta' qligħ u telf mistenni.

    6. Udjenza antiċipata.

    7. Polza ta’ assigurazzjoni.

  6. Pjan tal-marketing dettaljat, inkluż dettalji dwar kif il-brand ta’ Festivals Malta se tidher fil-materjal promozzjonali kollu.

 

5. Kundizzjonijiet


  1. L-applikazzjoni għall-fondi mitluba minn Festivals Malta m'għandhiex qatt taqbeż s-60% tal-ispiża totali tal-attività eskluż il-VAT. Madanakollu, l-ammont ta’ fondi allokati huwa fid-diskrezzjoni totali ta' Festivals Malta.

  2. L-għotja titħallas f'żewġ porzjonijiet, 70% mal-iffirmar tal-kuntratt u 30% wara li jiġi approvat ir-rapport finali tal-proġett, li jrid jiġi sottomess lil Festivals Malta sa mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-avveniment.

  3. L-applikant għandu jiżgura li t-transazzjonijiet finanzjarji kollha jsiru b'mod trasparenti u f'konformità mal-liġijiet tat-taxxa u l-liġijiet kollha applikabbli. Festivals Malta għandha d-dritt li tivverifika l-kontijiet tal-avveniment fi kwalunkwe punt qabel u wara li jseħħ l-avveniment. L- applikant huwa obbligat li jipprovdi l-informazzjoni kollha mitluba minn Festivals Malta.

  4. F'termini ta' branding, Festivals Malta għandha tidher bħala s-sostenitur ewlieni tal-avveniment u għandha tidher fuq il-materjal promozzjonali kollu kif indikat fil-linji gwida tal-brand ipprovduti mill-Aġenzija. Is-sostenituri/sponsors l-oħra kollha għandhom jiġu mniżżla bħala sekondarji. Festivals Malta trid tapprova kull kampanja ta’ marketing fejn jidrhu l-marki Festivals Malta u Rock'N Malta qabel it-tnedija ta’ dan il-marketing. Festivals Malta għandha jkollha diskrezzjoni sħiħa dwar kif dan il-branding ikun ipproġettat, qabel, matul u wara l-avveniment.

  5. Festivals Malta tappoġġja biss proġetti li jiggarantixxu l-eċċellenza tal- avveniment f’kull aspett inkluż dak artistiku, organizzattiv u finanzjarju. L-applikant għandu jispjega kif se jintlaħaq dan l-għan u juri b’mod konkret l-impenn tiegħu f’din il-mira.

  6. L-applikant irid juri kif qed jippjana li josserva r-regolamenti u l-liġijiet applikabbli kollha dwar is-saħħa u s-sigurtà. Festivals Malta tirriserva d-dritt li żżid regolamenti supplimentari ad hoc, skont in-natura tal-avveniment, u l-post u tikkommetti li tagħmel dan b’tali mod li jkun hemm żmien biżżejjed għall-implimentazzjoni.

  7. L-applikant għandu jissottometti pjan li jsegwi l-politika ta' sostenibbiltà ta' Festivals Malta.

  8. L-applikant għandu jagħmel risk assessment qabel l-avveniment. Festivals Malta tirriserva d-dritt li jitlob kopja tar-rapport tar-risk assessment jekk ikun meħtieġ.

  9. L-applikant għandu jagħmel ċertifikazzjoni tal-palk, pjattaformi, u strutturi oħra minn awtorita’ kompetenti. Festivals Malta tirriserva d-dritt li titlob kopja taċ-ċertifikazzjoni jekk ikun meħtieġ.

  10. L-applikant huwa obbligat li jgħaddi numru ta' biljetti b’xejn lil Festivals Malta, liema numru jkun determinat minn Festivals Malta stess.

  11. L-applikant għandu jattendi u jikkwalifika f’kull sessjoni ta’ taħriġ speċjalizzat fil-qasam, li tista’ tiġi organizzata minn Festivals Malta jew li Festivals Malta jidirlu li tkun meħtieġa.

  12. Applikazzjonijiet akkumpanjati minn rekord dettaljat tal-esperjenza tal- applikant fil-qasam ser jingħataw konsiderazzjoni xierqa. Din it-taqsima għandha tinkludi informazzjoni u dokumentazzjoni li jikkonfermaw l- produzzjoni ta’ attivitajiet simili organizzati fil-passat.

  13. Proġetti li jirċievu finanzjament minn entitajiet oħra tal-Gvern jistgħu jiġu kkunsidrati, iżda dan il-finanzjament jista ’jnaqqas l-ammont li Festivals Malta tista’ talloka f ’każ li l-proposta tiġi aċċettata. Festivals Malta trid tkun infurmata dwar kull finanzjament ieħor minn entitajiet tal-Gvern fil-mument li jinkiseb tali finanzjament. Il-Bord ta’ evalwazzjoni ta’ Rock'N Malta jevalwa l-finanzjament addizzjonali riċevut u jikkomunika mal-organizzaturi fi żmien 10 ijiem bid-deċiżjoni finali tiegħu fir-rigward ta’ tnaqqis possibbli mill-għotja. L-ammont jitnaqqas mill-pagament finali ta' 30% tal-għotja wara r-rapport finali.

  14. Il-Ftehim ta ’għotja li jinkludi l-kundizzjonijiet kollha elenkati f’ din is-sejħa jiġi ffirmat bejn Festivals Malta u l-applikant/a/i magħżul/a qabel ma jinħarġu il-fondi.

 

6. Konformità


Checklist tal- konformita tal-applikazzjoni tiegħek – Mandatorja

  1. Tliet (3) kopji tal- karta tal-identita'.

  2. Tliet (3) kopji tal-proposta tal-proġett.

  3. Jekk inti organizzazzjoni volontarja jew kooperattiva, jridu jiġu sottomessi tliet (3) kopji taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni rilevanti.

  4. Il-Proġetti mhumiex konformi jekk jiġu sottomessi minn applikanti li mhumiex ċittadini Maltin / li għandhom permess ta’ residenza f’Malta jew ID Card.

 

7. Perjodu ta’ Sottomissjoni u Dati ta’ Evalwazzjoni


Se jitwaqqaf kumitat ta' evalwazzjoni biex jivvaluta s-sottomissjonijiet skont il-kriterji kollha msemmija hawn fuq. Il-kumitat ta’ evalwazzjoni se jiltaqa’ sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Novembru 2023 biex jevalwa s-sottomissjonijiet.


Il-kumitat tal-evalwazzjoni jintrabat li joħroġ ir-riżultati tal-evalwazzjoni fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol wara d-data ta’ evalwazzjoni tiegħu. Ir-riżultat jista' jiġi kkomunikat lill-applikant f’format bil-miktub u/jew elettroniku u ppubblikat fuq is-sit elettroniku ta' Festivals Malta.


L-applikazzjonijiet għandhom jitwasslu bl-idejn sa mhux aktar tard minn 12.00 (nofsinhar) fid-dati rispettivi lil:


Sejħa għall-Fond ta’ Rock’N Malta - Festivals Malta, 13, Europa Centre John Lopez Street, Floriana.

 

8. Proċess ta' Evalwazzjoni


Filwaqt li l-materjal obbligatorju jrid jiġi sottomess sal-iskadenzi stipulati, Festivals Malta żżomm id-dritt li titlob materjal addizzjonali mingħand l-applikanti matul il-fażi tal-assessjar. Festivals Malta tista' titlob lill-applikant biex jattendi laqgħa jew sessjoni ta’ pitching mal-aġġudikaturi.


Ir-riżultati ta ’kull sejħa rispettiva (applikazzjonijiet li jgħaddu, li ma jgħaddux, u dawk ineliġibbli) jinħarġu fid-data indikata fit-timeframes tas-sottomissjoni. L-ebda informazzjoni dwar il-proċess ta’ evalwazzjoni mhi se tiġi rilaxxata qabel in-notifika uffiċjali tar-riżultat. Kull forma ta' solleċitazzjoni awtomatikament tiskwalifika applikazzjoni.


L-informazzjoni kollha li tasal għand Festivals Malta se titqies bħala kunfidenzjali, kemm waqt kif ukoll wara l-proċess ta' evalwazzjoni. Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalita' għal proġetti ta’ suċċess se jiġu inklużi fil-Ftehim ta ’għotja.


Id-deċiżjoni mill-Bord ta ’evalwazzjoni hija finali u mingħajr id-dritt ta’ appell.

 

9. Implimentazzjoni tal-Proġett u Moniteraġġ


Il-benefiċjarji jiġu nnotifikati formalment bir-riżultat, l-ammont ta’ finanzjament mogħti għat-twettiq tal-proġett, u kwalunkwe kundizzjoni oħra relatata mal-għotja.


L-applikanti magħżula jaċċettaw li isimhom, it-titlu tal-proġett u l-għotja mogħtija jistgħu jiġu ppubblikati minn Festivals Malta.


Ftehim ta' appoġġ għall-proġetti legalment vinkolanti, bejn Festivals Malta u l-benefiċjarju se jagħti dettalji dwar il-kundizzjonijiet u l-ammont ta’ finanzjament.


Fil-każijiet kollha, il-pagamenti jiġu pproċessati wara l-iffirmar tal-kuntratt kif indikat fi klawsola 5. ii.


L-għotja irċevuta trid tintuża biss għall-iskop li għalih tingħata, skont il-proġett sottomess, il-korrispondenza ta ’approvazzjoni u l-ftehim ta’ appoġġ għall-proġett. Il-benefiċjarji jridu javżaw minnufih lil Festivals Malta jekk iseħħu bidliet li jaffettwaw in-natura tal-proġett matul l-implimentazzjoni.


Festivals Malta jistgħu jibdlu jew jirtiraw għotja jekk il-bidla fil- proġett ma titqiesx raġonevoli fir-rigward tal-proposta inizjali jew jekk ma tkunx infurmata fi żmien raġonevoli bil-bidliet. Kull tibdil fl-applikazzjoni oriġinali jrid jiġi approvat bil-miktub minn Festivals Malta. Festivals Malta żżomm id-dritt li tibdel jew iżżid kundizzjonijiet ġodda mal-ftehim matul l-implimentazzjoni tiegħu jekk dan jitqies meħtieġ għall-ġestjoni xierqa tal-għotja u l-amministrazzjoni tajba u s-suċċess tal-proġett.

 

10. Rapport tal-Proġett


  1. Meta jitlesta l-proġett, il-benefiċjarju huwa obbligat li jissottometti rapport dettaljat dwar il-proġett imwettaq.

  2. Il-benefiċjarju huwa obbligat ukoll li jissottometti kopji ta’ kwalunkwe materjal rilevanti ta’ marketing, pubbliċità jew informazzjoni oħra żviluppata għall-proġett iffinanzjat, inklużi ritratti u stqarrijiet lil midja, eċċ.

  3. Il-benefiċjarju għandu jissottometti wkoll rapport dettaljat tad-dħul u l- infieq tal-proġett imqabbla mal-baġit dettaljat tal-proġett sottomess mal-applikazzjoni.

  4. Is-sottomissjoni ta’ dan il-materjal għandha titlesta fi żmien xahar mit- tmiem tal-proġett. Festivals Malta jirriserva d-drittli jagħmel użu mill- materjal tal-proġett sottomess.

Nota Speċjali: Kull meta jintużaterminu speċifiku għall-ġeneru, dan għandu jinftiehem bħala li jirreferigħaż-żewġ sessi, sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod espliċitu. Dan isir biss għall-iskop li t-test isir aktar faċli biex jinqara, u l-ebda reat jew sessiżmu ma huwa maħsub.


Niżżel il-formola bil-Malti:


 

Rock'N Malta Fund for 2024 - Application


1. Preamble


Festivals Malta is accepting applications for funds to support rock concerts, events and festivals organised in Malta under the auspices of its brand. The reference to Rock Music is applicable for all the sub-genres of rock music.


Applications close on Friday 15th September 2023 at noon. The event for which funds are applied for must take place in 2024.


Session Budget: €300,000.00


Maximum Eligible Amount per project: 60% of the total cost of the project excluding VAT.

Disbursement: 70% upon signing of grant agreement

30% following approval of final report

 

2. Who Can Apply


The fund is open to applicants who qualify as one of the following:

  1. Concert organiser(s)

  2. Festival Promoter(s)

  3. Band(s)

  4. Singer(s)

  5. NGO(s)

  6. Voluntary Organisation(s)

 

3. Eligibility


Compliant applications will first be reviewed in terms of the project’s eligibility by the appointed evaluators. Proposals which are not considered eligible in terms of the set criteria shall not be processed further and shall undergo no evaluation.


To be eligible, applicants must fall in one of the categories as per clause 2.


To be eligible, applicants must complete all documentation as listed in clause 6.


To be eligible, applicants must produce a document to prove they are tax compliant by the date of application.


Projects which include Tribute Bands will not be considered for funding and thus will be deemed ineligible.

 

4. Guidelines for the Project Proposal


The proposal should demonstrate in detail how the project satisfies Festivals Malta’s assessment criteria. A decision on funding will be made on the strength of the information submitted.


In the project proposal the applicant must include the following:

  1. An event description, which should not exceed 500 words.

  2. The venue, which must be approved by Festivals Malta. The latter shall have the right to instruct the applicant to change the venue according to its policy and as it may deem fit. Festivals Malta binds itself to notify the applicant of such change as early as possible.

  3. A detailed organisation and role chart, including the names of those occupying each role.

  4. A detailed plan including timelines and execution workflow of the project. Inter alia, the plan should clearly indicate the tasks performed by the applicant/outfit and those which will be farmed out to third parties.

  5. A detailed business plan focusing on the following:

    1. Business and financial model.

    2. Ticket Prices including packages & concessions.

    3. A Comprehensive list and a break-down of revenue streams, including, inter alia, sponsorships, etc.

    4. Full itemised list of expenses and costs, including the artist(s)’ performance fees, lights, audio, risk assessment, health & safety protocols, backline, hiring of venue, staff costs, etc.

    5. Projected profit and loss report.

    6. Anticipated audience.

    7. Insurance policy.

  6. A detailed marketing plan, including details on how the Festivals Malta brand will feature in all the marketing collateral.

 

5. Conditions


  1. The funds applied for from Festivals Malta shall never exceed 60% of the total cost of the project excluding VAT however the amount of the support shall be at Festivals Malta's total discretion.

  2. The grant will be paid in two tranches, 70% on signing of contract and 30% following approval of final report, which must be sent to Festivals Malta by not later than 10(ten) working days from the date of the event.

  3. The applicant shall conduct all financial transactions transparently and in full conformity with all tax and other applicable laws. Festivals Malta shall have the right to audit the accounts of the event at any point before and after its execution. The applicant shall be obliged to supply all the information requested by Festivals Malta.

  4. In terms of branding, Festival Malta must feature as the main supporter of the event and shall be displayed on all marketing material as per brand guidelines provided by the agency. All other supporters/sponsors shall be billed as secondary. Festivals Malta must approve any marketing campaign where the brands Festivals Malta and Rock'N Malta are featured prior to the launch of such marketing. Festivals Malta shall have full discretion on how this branding is projected before, during and after the event.

  5. Festivals Malta will only support projects that guarantee excellence in all aspects of the event's execution, be it artistic, organisational and financial. The applicant must explain how this goal will be reached and concretely show his/her commitment to it.

  6. The applicant must show how they plan to adhere to all applicable health and safety regulations and laws. Depending on the nature of the event and the venue, and with sufficient advance notice, Festivals Malta retains the right to add ad hoc supplementary regulations in this respect.

  7. The applicant shall submit a plan that adheres to Festivals Malta's sustainability policy.

  8. The applicant must carry out a risk assessment prior to the event which should be sent to Festivals Malta before the event.

  9. The Applicant must carry out certification of the stage, any platforms, and other structures by a competent authority. Festivals Malta reserves the right to request a copy of the certification should the need arise.

  10. The applicant shall be obliged to provide complimentary tickets to Festivals Malta. The number of which shall be determined by the latter.

  11. The applicant himself/herself must attend and complete with success any specialised training sessions in the field that may be organised by Festivals Malta or that Festivals Malta deems necessary.

  12. Due consideration will be given to applications that are accompanied by the applicant's detailed track record in the field. This section shall include information and supporting documentation of similar events organised in the past.

  13. Projects receiving funding from other Government entities may be considered, but such funding may reduce the amount that Festivals Malta may allocate in case the proposal is accepted. Festivals Malta must be informed about any other funding from Government Entities the moment such funding is obtained. The Rock'N Malta Evaluation Board will evaluate the additional funding received and will communicate with the organisers within 10 days of its final decision with regards to possible reductions from the grant. The amount will be reduced from the final 30% payment of the grant following the Final report.

  14. A Grant Agreement including all the listed condition in this call will be signed between Festivals Malta and the successful applicant prior to any funds being issued.

 

6. Compliance


Your application compliance checklist - Mandatory

  1. A copy of your ID card – 3 copies.

  2. The project proposal – 3 copies.

  3. If you are a voluntary organisation or cooperative, a copy of the relevant certificate of registration must be submitted – three (3) copies.

  4. Projects are non-compliant if they are submitted by applicants who are not Maltese nationals/in possession of a residence permit in Malta or ID card.

 

7. Submission Time Frames and Evaluation Dates


An evaluation committee will be set up to assess the submissions in accordance with all of the above criteria. The evaluation committee will meet by end of November 2023 at the latest to evaluate the submissions.


The evaluation committee binds itself to issue the results of the evaluation within ten (10) working days following its evaluation date. The result may be communicated to the applicant in a written and/or electronic format and published on the Festivals Malta website.


Applications must be delivered by hand by not later than 12.00hrs (noon) on the respective dates to:


Rock’N Malta Fund Call - Festivals Malta, 13, Europa Centre John Lopez Street, Floriana.

 

8. Evaluation process


While mandatory material must be submitted by the stipulated deadlines, Festivals Malta retains the right to request additional material from the applicants during the assessment phase. Festivals Malta may ask the applicant to attend a meeting or pitching session with the adjudicators.


The results of each respective call (successful, unsuccessful, and ineligible applications) will be issued on the date indicated in the submission timeframes. No information on the evaluation process will be released before the official result notification. Any form of soliciting will automatically disqualify an application.


All information received by Festivals Malta will be considered confidential, both during and after the evaluation process. Provisions on data protection and confidentiality for successful projects will be included in the Grant Agreement.


The decision by the Evaluation Board is final and without the right of appeal.

 

9. Project Implementation and Monitoring


Beneficiaries will be formally notified with the result, the amount of funding granted for the realisation of the project, and any other conditions related to the grant.


The successful applicants accept that his/her name, project title and the grant awarded may be published by Festivals Malta.


A legally binding project support agreement, between Festivals Malta and the beneficiary will detail the conditions and amount of funding.


In all cases, payments will be processed after the signing of the contract as indicated in clause 5.ii.


The grant received must be used solely for the purpose for which it is awarded, in line with the submitted project, the approval correspondence and project support agreement. The beneficiaries must advise Festivals Malta immediately if changes affecting the nature of the project take place during implementation.


Festivals Malta may alter or withdraw a grant if the change in the project is not considered reasonable in relation to the initial proposal or if they are not informed within reasonable time of the changes. Any changes to the original application must be approved in writing by Festivals Malta. Festivals Malta retains the right to change or add new conditions to the agreement during its implementation if this is deemed necessary for the proper management of the grant and the sound administration and success of the project.

 

10. Project Report

  1. Upon completion of each project, the beneficiaries will be asked to submit a detailed report on the project carried out.

  2. The Beneficiaries must also submit copies of any relevant marketing, publicity or informative material developed for the funded project, including photographic evidence and press releases/conferences, etc.

  3. Beneficiaries must also submit a detailed income and expenditure of the project as compared with the detailed project budget submitted with the application.

  4. Submission of this material should be completed within 1(one) month of project completion. Festivals Malta retains the right to make use of submitted project material.

Download form in English:


 


Comments


bottom of page