top of page
  • festivalsmalta

X’Għandhom Pjanat Bernie & Pod u Kantera?

Kollaborazzjoni ħelwa bejn żewġ gruppi, frott Mużika Mużika.

Mużika Mużika 2021 serva ta’ pjattaforma għal diversi gruppi u kantanti lokali li sabu l-festival bħala post ta’ innovattivita’, ħbiberija u konnessjonijiet mużikali. Attivita’ li hija frott dirett mill-festival, hija l-kollaborazzjoni bejn Kantera u Bernie & Pod, li qegħdin jaħdmu fuq materjal mużikali ġdid flimkien. Ġorġ Bonello, membru tal-grupp Kantera, stqarr li, “Għalina Mużika Mużika ser jibqa imnaqqax sew fl-istorja tal-band għax kienet l-ewwel opportunità li nesibixxu il-materjal tagħna bil-ġeneru folk modern”.

Ritratt ta' Darrin Zammit Lupi

Iż-żewġ gruppi, Kantera, kif ukoll Bernie & Pod, kienu parteċipanti f’Mużika Mużika 2021 u kklassifikaw fit-3 u fid-9 post, rispettivament. Madanakollu, l-avventura tagħhom ma’ waqfitx mar-riżultat finali, u illum-ilġurnata, dawn iż-żewġ gruppi qiegħdin jikkollaboraw flimkien f’avventura mużikali oħra. “Meta artist/band tieħu sehem f’festival ta’ dan il-kalibru u ta’ livell għoli, awtomatikament tiltaqa’ ma’ nies bravi, dedikati u li għandhom għal qalbhom il-lirika Maltija, kif aħna bħala Bernie & Pod, ngħozzu il-lingwa tagħna, li, bis-saħħa ta’ dan kollu, illum ninsabu f’vjaġġ mużikali fejn qed nwasslu prodott li nistgħu ngħidu ġie milqugħ sew fix-xena lokali”, qal Ivan Farrugia minn Bernie & Pod.


Ritratt ta' Darrin Zammit Lupi

Iż-żewġ gruppi huma eċitati immens sabiex jkunu jistgħu jaqsmu mal-pubbliku x-xogħol tagħhom iżda l-kontenut ta’ din il-kollaborazzjoni jibqa’ mistur u sorpriża għal meta Bernie & Pod u Kantera jagħmlu pubbliku l-materjal tagħhom. Biss, din il-kollaborazzjoni tipprometti li tkun waħda interessanti immens, b’Ivan Farrugia jgħid li, “Wara kollox, il-mużika tieħdok f’postijiet fejn qas biss tkun taf li jeżistu”. Ġorġ Bonello żied jgħid li, “meta jasal il-mument li noħorgu xi materjal fiċ-ċert, ser inferrħu lin-nies permezz tal-mużika tagħna”.


Issa jmiss naraw LILEK fuq il-palk ta’ Mużika Mużika.


Mużika Mużika mhux sempliċiment konkors jew kompetizzjoni, iżda opportunità. Fi kliem Ivan Farrugia, “Fil-Festival ta’ Mużika Mużika irnexxilna nibnu relazzjoni amikevoli ma’ ħafna artisti”.


L-applikazzjonijiet huma miftuħa sal-15 t’Ottubru, kemm online minn fuq is-sit www.muzikamuzika.mt, kif ukoll bl-idejn ġewwa l-uffiċini ta’ Festivals Malta, il-Furjana bejn it-13 u l-15 t’Ottubru. Jekk int interessat/a, tinsiex tissottometti l-applikazzjoni tiegħek għaliex Festival bħal dan, mhux ta’ min jitilfu.




bottom of page