top of page

Applikazzjonijiet: Karnival ta' Malta 2027

  • Writer: Festivals Malta
    Festivals Malta
  • Jul 27
  • 32 min read

REGOLAMENTI 

Il-Kumitat tal-Karnival taħt l-awspiċi ta’ Festivals Malta, jorganizza u jmexxi l-Karnival ta’ Malta u għall-fini tar-regolamenti magħrufa bħala ‘l-Organizzazzjoni’. 


Festivals Malta ma tidħolx responsabbli jekk xi uffiċċjal u/jew Membru jew delegat tagħha jwiegħed u/jew jikkommetti lill-Organizzazzjoni ma’ xi leader mingħajr awtorizzazzjoni. L-organizzazzjoni tirrikonoxxi biss dak stipulat uffiċċjalment. 


L-ORGANIZZAZZJONI 

L-Organizzazzjoni għandha d-dritt li:- 


A. titlob lill-leader fil-Karnival biex jgħaddilha l-materjal/item li jkun uża fil-Karnival. Dan il-materjal/item isir propjeta’ assoluta tal-organizzazzjoni, li tista’ taħżnu u/jew turih lill-pubbliku f’wirjiet jew kif ukoll b'mod ieħor tiddisponi minnu fid-diskrezzjoni tagħha. 

B. tikkummissjona xi items li tħoss il-ħtieġa għalihom. 

C. tiddetermina in-numru tal-items, iżda skont kif indikat f’regolament bit-titlu Karrijiet Trijonfali nru 2 pagna 13 l-organizazzjoni tiddetermina dak meħtieg għall-interess tal-attività. Fejn applikabbli, deċiżjonijiet jittieħdu fuq il-kriterji kollha neċessarji inkluż il-parteċipazzjoni passata ta’ dawk involuti. 

D. f’każ ta’ ħtieġa, tista’ iżżid, tnaqqas, temenda jew tirrevedi dawn ir-regolamenti sa xahar qabel l-ewwel ġurnata uffiċċjali tal-Karnival. Festivals Malta 7 ta’ Lulju 2026

E. tesiġi lil kull applikant jissottometti dak meħtieġ biex tiġi approvata l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni. Jekk dawn id-dettalji ma jingħatawx kif mitluba l-applikazzjoni ma tiġix aċċettata. 


Dan jinkludi: 

  • disinn skalat bil-kulur tal-item bid-dettalji kollha, kemm fil-każ tal-karrijiet u kemm fil-każ ta’ kostumi. L-isketch tal-karru irid ikun mill-ġenb biex juri l-karru minn quddiem u minn wara. L-isketches għandhom ikunu fidili lejn il-prodott finali. 

  • dettalji tal-mekkaniżmu u kull tagħrif ieħor li jinħass relevanti għall-parteċipazzjoni 

  • ċertifikat tal-fire warden 

  • Penali - Jekk l-applikant jonqos li jippreżenta l-item skont kif indikat fid-disinn approvat u, jekk ikun ta’ livell inferjuri, l-organizzazzjoni żżomm id-dritt li tiskwalifika, tnaqqas klassifiċi u/jew tieħu passi oħra skont kif jidhrilha fis-sitwazzjoni. 


Minn żmien għal żmien l-inġinier imqabbad mill-organizzazzjoni jżur il-postijiet fejn ikun qed jinħadmu l-karrijiet u jagħti pariri dwar ix-xogħol li jkun qiegħed isir fuq il-karru. Il-leader huwa marbut li jirranġa dak kollu mitlub mill-inġinier. F’nuqqas ta dan, l-item jiġi skwalifikat. Dan qed isir għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà, kemm tal-parteċipanti kif ukoll għall-pubbliku ġenerali. 


  1. L-organizzazzjoni ma għandhiex tinżamm responsabbli tal-item (i.e. karru, materjal, apparat, kostum, maskarun eċċ.) tul il-proċess kollu mill-bidu tal-kostruzzjoni, parteċipazzjoni tal-item u żarmar tal-istess. Din tinkludi l-items kollha kemm kompetittivi u anke ikkummissjonati. 

  2. L-organizzazzjoni għandha d-dritt li twaqqaf u/jew tiskwalifika f’kull stadju kull parteċipant li jidhrilha li għandu xogħol li jista’ jkun ta’ periklu kemm għall-parteċipanti kif ukoll għall-pubbliku ġenerali.

  3. L-organizzazzjoni għandha dritt li twaqqaf u/jew tiskwalifika f'kull stadju, lil kull parteċipant/a li jkun/tkun jikser/tikser r-regoli tad-diċenza pubblika, u/jew li b’xi mod jagħmel xi aċċen razzist kontra kull sezzjoni tal-umanità. 

  4. L-organizzazzjoni tesiġi id-dritt tal-libertà tal-espressjoni tal-parteċipanti fil-limiti tal-liġijiet tal-pajjiż. Ma hemm ebda restrizzjoni fuq it-temi magħżula għajr jekk ikun hemm aktar minn item wieħed bl-istess tema. F’dan il-każ japplika Regolament G. Il-parteċipanti huma mfakkra illi l-liġi tipprojbixxi, fost affarijiet oħra, l-użu ta’ kliem jew materjal ieħor li jhedded, jinsulta jew li jkun abbużiv fuq persuni oħra b’ mod li x’aktarx jinstiga l-vjolenza jew il-mibegħda kontra tagħhom minħabba l-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, ir-razza, il-karnaġġjon, il-lingwa, l-oriġini etnika, ur-reliġjon jew it-twemmin, jew l-opinjoni sew politika sew ta’ xort’oħra. (Referenza 82A tal-Kodici Kriminali ta’ Malta). 

  5. L-organizzazzjoni tista’ tissospendi, twaqqaf u/jew tikkanċella xi attivita’ jew l-attivitajiet kollha tal-Karnival mingħajr ma tiġi tenuta responsabbli għal kwalunkwe spejjeż/jew danni fil-konfront ta’ kull parteċipant/i u/jew terzi. 


IL-LEADER 

  1. L-età tal-applikant/a (leader) ma tridx tkun inqas minn 18 -il sena fid-data tar-reġistrazzjoni u jkollu/ikollha Karta tal-Identità Maltija. F’każ ta’ persuna li ma għandiex karta tal-identità Maltija, l-organizzazzjoni titlob il-passaport tal-applikant u tista’ titlob id-dritt għal due diligence check fuq il-persuna.

  2. Ħadd ma jista’ japplika b’aktar minn item wieħed. 

  3. Biex l-applikant jiġi aċċettat li jieħu sehem għandu jiffirma dikjarazzjoni li qed jaqbel u josserva r-regolamenti stabbiliti. Oltre l-applikant jiddikjara li konxju u se josserva dejjem d-direttivi mogħtija mill-organizzazzjoni, mill-uffiċċjali tal-forzi tal-ordni u mill-uffiċjal/i tas-saħħa u s-siġurtà. L-applikant jaqbel ukoll mal-programm kif imħejji mill-organizzazzjoni u lest li jimxi mad-direttivi li jiġu mogħtija mill-organizzazzjoni. 

  4. Leader li j/tingħata sussidju mill-Organizzazzjoni ma j/tistax j/tagħmel użu mill-item jew parti minnha f’xi attivià’ qabel ma jidher l-ewwel darba f’attività tal-kumitat organizzattiv. Għandu jintalab permess biex parteċipant jieħu sehem f’xi attività oħra kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. 


Penali - Ksur ta' dan ir-regolament iwassal għall-applikazzjoni ta’ multa sa 120€ skont il-gravità tal-każ, inkluż li jista’ ma jitħalliex jieħu sehem. 


  1. Applikant ma jkollu l-ebda dritt għall-ħlas ta’ xi kumpens jekk ma jiġix aċċettat wara li jkun applika jew jekk jiġi skwalifikat mill-istess organizzazzjoni. F’każ li applikant jirtira jew jiġi skwalifikat, l-leader ikollu jreġġa’ lura kwalunkwe ħlas, u l-ispejjes relattivi, li jkunu saru in konessjoni mal-item. 

  2. Permezz tal-parteċipazzjoni tal-item fil-Karnival il-leader hu responsabbli li sa qabel l-ewwel esibizzjoni pubblika rispettiva jipprovdi consent declaration, li tkopri l-membri kollha abbinati mal-istess item, fejn tawtorizza lill-organizzaturi biex iqabbdu persuna apposta biex jieħdu ritratti u/jew filmati li jistgħu jiġu esebiti fil-pubbliku bi kwalunkwe mezz mingħajr ebda obbligi. 

  3. Għall-isfilata u tul il-Karnival, il-membri tat-tim ta’ kull item jkunu taħt ir-responsabbilità tal-leader li ismu/isimha jidher għan-nom tal-item. L-ebda persuna mill-grupp ma tista’ tirrappreżenta l-leader. Għandu iżda jkun indikat bil-miktub isem persuna li jissostitwixxi l-lider f’każ ġenwin meta l-lider ma jkunx jista’ jkun preżenti. 

  4. Kull leader hu responsabbli għall-imġieba u l-buon ordni tal-membri kollha tal-grupp tiegħu (fejn għandu x’jaqsam mal-ksur tar-regolamenti tal-Karnival) tul l-attivitajiet u dak kollu li għandu x’jaqsam mal-organizzazzjoni kollha sa l-aħħar attività tal-organizzazzjoni. 


Penali - Ksur ta’ dan ir-regolament iwassal għall-applikazzjoni ta’ multa ta’ mhux aktar minn 500€ skont il-gravita’ tal-każ. Jista’ wkoll jeħel klassifika jew klassifiċi, kif ukoll li l-organizzazzjoni tirriserva d-dritt li tieħu passi dwar il-parteċipazzjoni tas-snin ta’ wara. 


Għall-isfilata u tul il-Karnival, il-membri tat-tim ta’ kull item għandu jkollhom kontinwament fil-pussess tagħhom, il-karta ta’ identifikazzjoni maħruġa mill-organizzazzjoni. 


  1. Jekk qabel, waqt jew wara t-tħabbir tal-klassifiċi mogħtija, xi leader, helper/helpers iġibu ruħhom ħażin, b’tali mod illi bl-imġieba tagħhom u bi kliemhom jonqsu mir-rispett u/jew b’aġir u kliem inġurjuż jindirizzaw lill-membri tal-Ġurija jew xi persuni oħra li huma parti jew involuti fl-Organizzazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu skwalifikat/i awtomatikament mill-premju ta’ dik is-sena skont il-gravità tal-każ, kif ukoll li l-organizzazzjoni żżomm id-dritt li awtomatikament tipprojbixxi il-parteċipazzjoni tal-istess lider, u s-sehem tal-helper/helpers għas-snin ta’ wara skont kif jidhrilha xieraq. 

  2. L-organizazzjoni tista’ tieħu passi kontra kull diskors dispreġjattiv minn kull membru ta’ xi item kontra parteċipant ieħor inkluż dawk li jistgħu jiġu mxerrda permezz tal-mezzi soċjali. 


Penali – Ikun hemm multi ta’ mhux aktar minn 5,000€ u possibiltà ta’ sospenzjoni tal-item/l-individwu jew it-tnejn (skont il-każ) mill-Karnival ta’ Malta ta’ mhux aktar minn sentejn. 


  1. Kull leader huwa marbut li jieħu sehem, bl-item, tul il-ġranet tal-Karnival fil-postijiet hekk kif jiġu stabbiliti u kif jintalab jrmill-organizzazzjoni, anke jekk il-ġranet tal-Karnival jiġu estiżi jew mibdula. F’każ li l-attivitajiet kollha jiġu kanċellati l-parteċipazzjoni bl-item tibqa’ in vigore għall-ewwel edizzjoni tal-karnival li ssir wara mingħajr ebda obbligi addizzjonali. 



Sfilata 

  1. L-items li jieħdu sehem fl-isfilata jingħataw numru ta’ identifikazzjoni mill-organizzazzjoni. Is-sekwenza f’kull kategorija, tittella’ bix-xorti minn fost l-entraturi kollha li jieħdu sehem. L-organizzazzjoni tirriserva d-dritt li tmexxi u tbiddel l-ordni tal-isfilata skont il-ħtieġa mingħajr bżonn li tagħti raġuni għal kwalunkwe deċiżjoni. Il-parteċipanti kollha għandhom juru dan in-numru fuq quddiem u fuq wara tal-item. Ħadd ma jista’ jieħu sehem fl-isfilata, mingħajr dan in-numru. 


Penali - F’nuqqas ta’ dan, wieħed jeħel multa sa 50€ u jkun jkun hemm il-possibbiltà li l-item ma jiġix iġġudikat mill-ġurija. 


  1. L-isem tal-item jintagħżel mill-parteċipant iżda ma jistax jeċċedi is-sitt kelmiet. L-isem irid ikun miktub b’ortografija tajba. L-Organizzazzjoni tista’ tagħmel rikjesta għat-tibdil tal-isem. Ir-rikjesta taqa’ taħt id-diskrezzjoni tal-organizzazzjoni.

  2. L-isfilata tibda skont ir-rotta u l-ħin li tiddeċiedi l-organizzazzjoni. F’każijiet ta’ tibdil kbir minħabba ċirkostanzi straordinarji, it-tibdil isir b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet konċernati. 

  3. Kull leader huwa responsabbli għall-ġbir ta’ skart tal-item rispettiv u jrid jassigura li minbarra li ma ssirx ħsara lill-ambjent, iħalli l-post li juża biex jarma/iżarma, nadif u bla ħsara. Dan jgħodd anke għall-parkeġġ li jiġi assenjat lilu mill-organizzazzjoni. Wara l-Karnival l-organizzazzjoni toffri servizz ta’ ġbir ta’ skart goff relatat mal-item fil-Karnival bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika. Il-perjodu ma jkunx aktar minn xahar u nofs wara l-aħħar jum tal-Karnival. Il-parteċipant marbut li jikkordina mad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika in konessjoni mal-iskart iġġenerat tul is-sena kollha. 


Penali - Ksur ta’ dan ir-regolament iwassalt għal multa li tista’ tlaħħaq għall-ispejjes u/jew danni li tali skart/ħsara jkun ikkaġuna. Kull każ jittieħed skont il-mertu tiegħu. 


5. Kull leader hu totalment responsabbli li jwassal il-karru u inġenji oħra għall-isfilata fil-lejl ta’ qabel l-ewwel dehra tiegħu fil-Karnival jew kif indikat mill-organizzazzjoni fi żmien raġonevoli. Parteċipant hu fid-dmir li jara li l-item rispettiv tiegħu jgħaddi mit-toroq eżistenti biex jasal għall-isfilata. 


6. Jekk il-karrist ma jkunx lest fil-ħin mogħti lilu għat-traġitt, jeħel multa sa 500€. F’tali każ li l-parteċipant jitla’ f’ħin wara t-time frame tal-iskorta uffiċċjali għad-dispożizzjoni, jeħel multa sa 1000€ u jitlef il-mertu kollu tal-ewwel ġurnata li jieħu sehem. Dan ir-regolament japplika sakemm waqt it-traġit ma tinqalgħex xi ħsara mekkanika fit-trakter jew fit-trejler. 


  1. Jekk meta l-karrijiet ikunu se jiċċaqalqu mill-imħazen għall-post indikat għall-isfilata jkun hemm xi parteċipant/i li jimblokka lill-parteċipant/i ieħor/oħra jittieħdu passi drastiċi kontra minn jagħmel l-imblokk, inkluż li jiġi skwalifikat li jieħu sehem fil-Karnival. L-organizzazzjoni tirriserva d-dritt li titlob l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti biex l-imblokk jitneħħa. 


Penali - F’każijiet simili l-parteċipant jeħel multa li tkopri s-sussidju kollu tal-item rispettiv u tal-item/s li jkunu qed jinżammu blokkjati u kwalunkwe spejjes oħra nvoluti biex isir iċ-ċaqliq meħtieġ. Oltre minn hekk, jista’ l-grupp kollu jiġi skwalifikat milli jipparteċipa f’edizzjonijiet tal-Karnival ta’ Malta fi snin ta’ wara. 


  1. Il-leader (jew delegat magħruf tal-lider) irid ikun responsabbli li jkollu ċ-ċavetta tat-trakter u dak kollu meħtieġ, il-ħin kollu, sabiex ikun jista’ jsuq/iċaqlaq il-karru f’kull ħin skont kif ikun mitlub. Hu x’inhu il-każ, l-organizzazzjoni għandha d-dritt li ċċaqlaq hi l-karru bla ma tinkorri ebda responsabilità għal tali azzjoni. 


Penali – Min jonqos minn dan ir-regolament jeħel multa sa 500€ u jistgħu jittieħdu passi oħra inkluż klassifika jew skwalifika tal-ġurnata skont il-gravita’ tal-każ. 


  1. Il-parkeġġ tal-karrijiet irid isir fejn assenjat mill-organizzazzjoni. 


Penali – Jekk ma jiġix osservat dan ir-regolament iwassal għal multa sa 1000€, skont il-gravità tal-każ. 

Briju 

  1. L-ispettaklu abbinat mal-karru bid-daqq tal-mużika rispettiva tista’ ssir Pjazza San Ġorg u quddiem il-Parlament (f’Misraħ il-Ħelsien). Aċċessorji bħal sparar ta’ karti eċċ... jsiru biss f’Misraħ San Ġorġ. Kemm fi Pjazza San Ġorġ u f’Misraħ il-Ħelsien karru jista’ jieqaf iżda ma jistax idum wieqaf aktar minn 9 minuti b’kollox b’hekk issir l-ispettaklu tal-Karru u tista’ tiġi ppreżentata ż-żifna. Fi Pjazza Kastilja meta possibbli tista’ tindaqq il-muzika tal-karru, ssir iz-zifna abbinata mal-karru, però ma jsirux l-ispettaklu tal-karru. Għall-kumplament tad-defilé l-briju u d-daqq xorta għandu jsir tul ir-rotta kollha però mingħajr mal-karru u/jew il-kumpanija taż-żfin jieqaf/tieqaf. Il-leader huwa responsabbli li l-item tiegħu ma jinqatax mill-item ta’ quddiemu b’tul ta’ 15-il metru ħlief għan-niżla ta’ Triq il-Merkanti fejn jista’ jkun il-każ li jkun meħtieġ li karru jinżel waħdu minn fejn l-MUŻA (Auberge d’Italie) sal-kantuniera tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. 


Penali - Min jonqos minn dan ir-regolament jeħel klassifika u multa sa 1000€ kull darba li jinkiser dan ir-regolament. Festivals Malta 7 ta’ Lulju 2026 Page 9 



  1. Fuq l-inġenji kollha jista’ jkun hemm sawnd moderat, li fl-ebda mument ma jista’ jeċċedi il-qawwa ta’ 90dBA meta mkejjel minn 2 metru l-bogħod minn kull speaker. Kwalunkwe ħoss għandu jintefa’ jekk mitlub mill-organizzazzjoni. 


Penali - Jekk parteċipant jeċċedi il-qawwa tas-sawnd skont kif stipulat fir-regolamenti jeħel penali sa 1000€. 

  1. Għall-items mhux kompetittivi l-briju hu meħtieġ fi kwalunkwe ħin tal-isfilata u jridu jiġu osservati r-regolament numru 1 u 2. 


Penali - Jekk jinkiser dan ir-regolament tiġi applikata l-penali indikati f’item 1 u/jew Item 2. 

  1. Il-leader għandu jipprovdi 4 persuni li jkunu identifikati waqt l-isfilata, fejn dawn joqgħodu f’kull kantuniera tal-karru u jassiguraw li jiġu osservati s-saħħa u s-siġurtà tal-pubbliku in ġenerali. B’mod partikolari huma jieħdu ħsieb li ma jħallux tfal jersqu lejn il-karru. 

  2. Kull karru għandu jkun magħmar b’cut off switch li jwaqqaf il-makkinarju kollu, f’każ ta’ bżonn. Għandu jkun ukoll magħmar b’ELCB, b’ katina anti-static. Ċertifikazzjoni ta’ dan kollu għandha tingħata lill-organizzazzjoni meta mitlub. 


Il-KARRIJIET 


  1. Il-karru bil-movimenti kollha inkorporati fl-istess regolamenti, jrid jitħadem biex jiġi operat b’tali mod li jitgawda tul l-isfilata kollha. Il-leader hu/hi dejjem fid-dover li josserva il-miżuri tal-Health & Safety fix-xogħol li jwettaq. 


Penali – Min ikollu xi ħsara li tista’ tikkawża periklu, qabel ma jirrimedja ma jkunx jista’ jieħu sehem. 

  1. Il-leader responsabbli li f' kull ħin ta’ kull ġurnata li jieħu sehem, l-karru jkun mgħammar bl-apparat kollu meħtieġ: 

  2. għall-ewwel għajnuna (first aid kit) 


▪ b’ċilindri/pompi għat-tifi tan-nar (fire-extinguishers) 

▪ tip ta’ lqugħ għal kwalunkwe żejt/diesel taħt l-items kollha (trakter u trejler) 

▪ minimu ta’ żewġ (2) boroż ramel ta’ 25 -il kilo il-waħda li jkunu jridu jintużaw f’każ ta’ xi leakage ta’ żjut 

▪ dawk l-affarijiet kollha li l-persuna nkarigata mis-saħħa u s-siġurtà tista’ tesiġi li jkun mgħammar bih l-istess karru. 

▪ Xkupa u reċipjent fejn jinġabar ir-ramel użat 

▪ Lasta biex jgħolli l-wires f’każ li jkun qed jostakola l-isfilata 


Penali - Ksur ta' dan ir-regolament ifisser li ma jitħalliex jieħu sehem sakemm jirrimedja l-obbligi ta’ dan ir-regolament u jsir tnaqqis proporzjonali tas-sussidju tal-ġranet li ma jkunx ħa sehem. 

  1. Jekk waqt l-isfilata jitwaqqa’ u/jew joqtor xi żejt/diesel, l-leader għandu jnaddaf u jneħħi l-periklu. 


Penali – F’nuqqas ta’ azzjoni jeħel multa sa 400€ u l-ispejjes, biex jitneħħa ż-żejt/diesel li jkun waqa’ u jekk ma jirrimedjax għall-parteċipazzjoni tal-ġranet ta’ wara ma jitħalliex jieħu sehem. F’tali każ il-parteċipant in kwistjoni irid jara li ma jkunx ta’ ostakolu għad-defile’. 


  1. Il-karrijiet għandhom ikunu mhux ogħla minn 6.07 metru (20 pied) mill-art fiss għall-isfilata. Hi fir-responsabbilita’ tal-parteċipant li jara li sakemm jgħaddi mill-ostakli tat-traġitt għall-isfilata l-għoli tal-karru ma jkunx aktar minn 4.87 metru (16-il pied għoli mill-art) sabiex jgħaddi bla xkiel mit-toroq. Il-parteċipant (jekk irid) wara li jgħaddi mill-ostakli tat-toroq iżid fil-għoli biex jilħaq il-qies stabbilt tal-għoli. Għal dan il-għan l-organizzazzjoni tassisti bil-mezzi li jista jkollha fejn possibbli. It-tul tal-karru jittieħed mill-ponta l-aktar il-barra ta’ quddiem tal-karru sal-aħħar ponta fuq wara tal-karru l-aktar il-barra. B’kollox it-tul tal-karru (eskluż it-trakter) huwa dak ta’ 9.75 metru ( 32 pied). Il-wisa’ jkun ta’ 3.66 metru (12-il pied). Se jingħata 0.15 metru (6 pulzieri) grace fit-tul, il-wisa’ u għoli. 


Karru li ma jgħaddix minn taħt it-truss jew minn dak l-apparat adekwat għall-kejl li jkun qed jintuża’, jiġi skwalifikat. 

  1. It-tul tal-karru jittieħed mill-aktar ponot l-barra ta’ quddiem u wara tal-karru. It-tilari tal-karru jridu jkunu tal-inqas 35 ċentimetru (1.15 pied) għoli mill-art. L-iżbarraċċi tal-irmunkar (tow bar) jistgħu jkunu teleskopiċi jew extendable. Irid jiġi assigurat lit-tow bar hija safe u tiflaħ sew l-iskop tagħha. Jistgħu jintużaw outriggers meta rrakomandati mill-inġinier. Iżda tajjeb li nirreferu għall-artiklu 1 hawn fuq. 

  2. Jekk xi partijiet mill-karru ikunu teleskopiċi iżda minħabba raġuni jew oħra ma jimmanuvrawx u joħolqu problema fl-isfilata jittieħdu passi neċessarji. 


Penali - skwalifika tal-ġurnata u multa ta’ mhux anqas minn €150 u sa massimu ta’ €500. 

  1. Karrijiet jista’ jkollhom l-parti ta’ quddiem tal-karru li taqbeż il-pjattaforma tat-trejler fuq turntable (kuruna). Din it-turntable (kuruna) jew xi mezz ieħor adekwat trid tkun fuq il-pjattaforma tat-trejler u ma tistax teċċedi t-tul ta’ 1.83 m (6 piedi) mit-tarf oriġinali tal-wiċċ tat-trejler. Din trid tkun manuvrabbli, ddur mhux aktar minn 45 º. Ir-roti tat-trejler u t-trakters u kwalunkwe lok ieħor importanti (bħat- tank tad-diesel, batterija eċċ) iridu jkunu aċċessibbli. Dan ifisser li fejn ir-roti, t-tilari jkunu maħduma b’mod li mal-ewwel jistgħu jinfetħu u/jew jitneħħew. 


Penali - Jekk jinkiser dan ir-regolament titnaqqas klassifika kull darba li jidher. 

  1. Ebda parti mill-karru li toħroġ teleskopikament kif ukoll minn xi ġenb ma għandha tkun tinqala’ u tmiss\timxi mal-art kif ukoll fuq il-palk (Performance Area tal-Pjazza). 


Penali – Ksur ta’ dan ir-regolament titnaqqas klassifika kull darba li jinkiser ir-regolament.



  1. Fis-sezzjoni tal-karrijiet trijonfali Sezzjoni ‘A’ u ‘B’ l-lider jista’ jiddeċiedi li jkun hemm sa mhux aktar minn 10 maskarat fuq il-karru li l-eta’ tagħhom tkun mhux anqas minn tlettax-il sena. Dawn jistgħu joqgħodu biss f’postijiet apposta fil-beraħ sa mhux aktar minn 3.048 metru (10 piedi) ‘l fuq mill-art. Maskarati ma jistax ikunu fuq l-ebda parti li jkun se jiċċaqlaq, għajr il-kuruna li tkun ċertifikata a propizzju mill-inġinier. Kull maskarat irid ikun marbut b’harness addattata u jkun hemm safety guard neċessarju. 


Penali – Jekk jinkiser dan ir-regolament, l-item ma titħalliex tieħu sehem sakemm isir rimedju skont kif huwa stipulat ir-regolament. 

  1. Il-karrijiet Trijonfali C għandhom ikunu komposti minn mhux aktar minn 2 figuri kbar ( li statiċi ma jistghux jeċċedu l-qies stabbilit) u jista’ jkollhom ukoll mhux aktar minn żewġt figuri oħra iżgħar li ma jkunux akbar minn 1.83 metru (6 piedi) 

  2. Il-karrijiet Trijonfali B għandhom ikunu komposti minn mhux aktar minn 4 figuri kbar ( li statiċi ma jistghux jeċċedu l-qies stabbilit) u jista’ jkollhom ukoll mhux aktar minn erba’ figuri oħra iżgħar li ma jkunux akbar minn 2.4 metru (8 piedi). 

  3. Fil-karrijiet Trijfonali A ma hemmx restrizzjonijiet għajr li l-karru jrid josserva l-qisien stabbiliti hekk kif indikati aktar ‘il fuq. 

  4. Il-mużika tal-karru għandha tkun b’arranġament mużikali tal-kuntrattur. 


Il-karrijiet trijonfali jistgħu, jekk iridu, jippreżentaw żifna waqt l-esekuzzjoni tal-karru fil-pjazza. In-numru ta’ żeffiena li jistgħu jieħdu sehem - Trijonfali ‘A’ mhux anqas minn 12 u mhux aktar minn 24 persuna, Trijonali ‘B’ mhux anqas minn 12 u mhux aktar minn 20 persuna, Trijonfali ‘Ċ’ mhux anqas minn 12 u mhux aktar minn 18 -il persuna. L-età taż-żeffiena, f’kull każ, trid tkun aktar minn 13 -il sena. Fil-mużika tal-karrijiet ma jistgħux jintużaw innijiet nazzjonali, kif ukoll bnadar nazzjonali. 


  • Jistgħu jintużaw partijiet mill-kostum li jinqalghu maż-żfin tal-karrijiet però dawn jridu jkunu approvati minn qabel mill-organizzazzjoni. Iż-żeffiena li jkunu mal-karrijiet ma jistgħux jinfirdu mill-kumplament tal-grupp u jridu jibqgħu fir-rotta uffiċċjali. Fil-pjazza ma jista’ jsir xejn qabel u wara ż-żifna. Il-mużika tal-esebizzjoni tal-karru tista’ tindaqq u tinżifen Misraħ Kastilja, fi Pjazza San Ġorġ u Misraħ il-Ħelsien. Però ż-żfin akkumpanjat mal-eżekuzzjoni sħiħa tas-show tal-karru issir BISS f’Misraħ San Ġorġ u Misraħ il-Ħelsien. Kwalunkwe żfin ieħor li jsir tul id-defilé jrid ikun mexxej. Jiġifieri, jsir iż-żfin u l-grupp javvanza (jimxi ‘l quddiem) waqt l-istess żfin (street dancing) u b’hekk il-karru jista wkoll javvanza u jzomm id-distanza li ma teċċedhiex dik indikata aktar ‘il fuq fir-regolamenti. 


Penali – Jekk jinkiser ir-regolament fejn jittratta l-innijiet u bnadar nazzjonali ma jitħalliex jieħu sehem sakemm jiġi konformi mar-regolamenti. Jekk jinkiser xi parti oħra tar-regolament jeħel multa sa 500€ u klassifika kull darba li jinkiser. 


  • Il-ġurnata tat-Tnejn waqt l-esekuzzjoni tal-karru f’Misraħ San Ġorġ huwa permessibbli biss il-movimenti tal-karru; flimkien mad-dawl dekorattiv fuq l-istess karru u ma jista’ jsir xejn aktar. In-nies ta’ mal-karru jistgħu joqgħodu jallegraw fil-passaġġ ħdejn l-istess karru. Ħadd mhu awtorizzat li jkun fl-arena għajr fejn meħtieġ biex jiġi manuvrat sew il-karru. 

  • L-isfilata kollha titmexxa skont l-istruzzjoni tal-membri responsabbli tal-organizzazzjoni jew tad-delegati tagħha. 


Penali – Min ma jobdix l-istruzzjonijiet li jingħata jeħel klassifika jew klassifiċi skont il-każ kull darba li jinkiser. 


  1. L-organizzazzjoni, fejn possibli, tgħin fil-provediment tat-trejlers u trakters lil dawk li jieħdu sehem fis-sezzjonijiet karrijiet Trijonfali ‘A’, ‘B’ u ‘Ċ’ u karrijiet tal-Kumpaniji Sezzjoni ‘A’. Kull 

    trejler ikun irid jiġi spezzjonat u approvat mill-inġinier imqabbad mill-organizzazzjoni qabel jitħalla jieħu sehem fil-Karnival. 

  2. Hu permess li karru jkun jinkludi materjal pubbliċitarju wieħed, b’logo wieħed, li ma jkunx aktar minn metru kwadru. Dan jista’ jkun screen diġitali li iżda l-qies ikun ukoll ta’ mhux aktar minn metru (1) kwadru. 


Karrijiet Trijonfali 


  1. Il-kategorija tal-Karrijiet Trijonfali ‘A’, ‘B’ u ‘Ċ’ idejalment tkun iffurmata minn mhux aktar minn (4) erba’ entraturi f’kull kategorija, iżda l-organizazzjoni żżomm id-dritt li tiddetermina n-numru ta’ entraturi f’kull konkors. 

  2. Il-kategoriji tat-trijonfali huma marbuta bit-tlugħ u nżul. Għaldaqstant il-parteċipanti tat-trijonfali ‘A’, ‘B’, u Ċ’ jieħdu sehem skont ir-riżultati miksuba fil-Karnival ta’ qabel. Xorta waħda jkunu jridu jippreżentaw sketch skalat bil-kulur tal-item bid-dettalji kollha, bil-mekkaniżmu u kull tagħrif ieħor relevanti. Oltre, kull applikant hu dejjem suġġett għall-approvazzjoni ta’ parteċipazzjoni mill-board tal-għażla, flimkien mal-approvazzjoni tad-direttur artistiku. Finalment, però, il-bord tal-għażla mad-direttur artistiku jiddetterminaw f’liema konkors parteċipant għandu u jista’ jieħu sehem fil-Karnival. Din l-għażla issir għall-ġid u l-bilanċ tal-konkorsi rispettivi tal-karrijiet trijonfali. 


Penali - Jekk l-applikant jonqos li jippreżenta l-item skont kif indikat fid-disinn maqbul u l-livell ikun inferjuri minn dak ippreżentat, japplikaw is-segwenti penali: 

titnaqqaslu klassifika jew klassifiċi kull darba li jidher 


jista’ jitlef id-dritt lis-sena ta’ wara jitħalla jipparteċipa (skont il-każ). 

  1. Dawk klassifikati fl-ewwel post fis-Sezzjonijiet Karrijiet Trijonfali ‘Ċ’ u ‘B’ fl-edizzjoni tal-karnival ta’ wara, iridu jieħdu sehem fis-sezzjonijiet trijonfali ‘B’ u ‘A’ rispettivament. 

  2. Dawk li ma jikklassifikawx fis-Sezzjonijiet Karrijiet Trijonfali ‘A’, ‘B’ fl-edizzjoni tal-karnival ta’ wara, ikunu jridu jieħdu sehem fis-Sezzjonijiet ‘B’ u ‘Ċ’ 

  3. Eks Parteċipanti (għall-fini ta’ dan eks parteċipan/at, hu/hi dak/dik li j/tkun ilu/ha mhux anqas minn sentejn ma jipparteċipa fil-Karnival ta’ Malta) jistgħu japplikaw biex jiġu kkunsidrati jieħdu sehem fil-konkors Trijonfali Ċ. Madanakollu, l-organizazzjoni żżomm id-dritt li tiddetermina f’liema konkors tali parteċipant jista’ jieħu sehem. 

  4. Jekk parteċipant li jkun ikklassifika f’xi sezzjoni partikolari u għal xi raġuni fis-sena ta’ wara ma jieħux sehem, iżomm postu fil-kategorija li jkun kklassifika fl-aħħar parteċipazzjoni (jiġifieri dik ta’ sentejn qabel). 


Movimenti Maġġuri 

  1. Il-Movimenti Maġġuri fuq il-karrijiet għandhom ikunu:- 


Trijonfali ‘A’ - mhux anqas minn sebgħa (7) 

Trijonfali ‘B’ - mhux anqas minn ħamsa (5) 

Trijonfali ‘Ċ’– mhux anqas minn erbgħa (4) 

Kumpanija ‘A’ – mhux anqas minn ħamsa (5) 


  1. Mhux anqas minn terz tal-movimenti hawn fuq indikati fil-konkors rispettiv għandhom jitħaddmu matul l-isfilata. Il-ġurija tinnota l-movimenti tal-karru skont dan ir-regolament u tibbaża dan fl-għoti tal-mertu. 

  2. L-ebda tip ta' logħob tan-nar mhu permess f’kull waqt u forma fil-Karnival 


IT-TRAKTER



  1. Parteċipant b’Karru Trijonfali u dawk b’karru tal-Kumpanija ‘A’ jidħlu fi ftehim ma’ Festivals Malta biex jagħmlu użu minn trakter propjeta’ tal-istess Festivals Malta. Parteċipant irid ikun konformi ma’ dak kollu mitlub għall-istess self u użu ta’ trakter hekk kif indikat mill-istess Festivals Malta. 


Kull parteċipant li jkun se jagħmel użu minn trakter ta’ Festivals Malta, jrid jindika mhux anqas minn 2 persuni liċenzjati biex isuqu trakter mal-karru fil-jiem tal-karnival. Dawn il-persuni jistgħu jiġu msejħa għal sezzjonijiet ta’ taħriġ u tagħrif dwar kif wieħed għandu jħares it-trakter. Il-lider hu responsabbli mit-trakter ta’ Festivals Malta tul il-perjodu kollu li tali trakter ikun għad-dispożizzjoni tal-parteċipant. 


Kumpaniji taż-żfin ‘B’, ‘Ċ’ u ‘D’ jistgħu jitħallew jipparteċipaw fl-isfilata bi trakter provdut mill-parteċipant li jkun dekorat u fost l-oħrajn konformi ma’ dawn il-punti ta’ hawn taħt :- 


a. Ma jistgħux jintużaw trakters u / jew generaturi li jaħdmu bil-petrol. 

b. It-trakters tal-kumpaniji jistgħu jitħallew jipparteċipaw fl-aħħar ta’ xi sfilata jew oħra tal-karnival. Festivals Malta tirriserva d-dritt li tibdel il-pożizzjoni, u t-toroq minn fejn jgħaddu. 

ċ. Għal ebda raġuni ma jkun aċċettat ħażna ta’ kull xorta ta’ xorb alkoħoliku fuq il-vettura. Festivals Malta ma tieħux responsabbilità tal-ebda ksur tal-liġi. 

d. Jekk tul l-isfilata xi uffiċċjal jinnota lit-trakter ikun qed idaħħan, dak il-ħin jiġi immedjatament imwaqqaf milli jkompli l-isfilata. 

e. Trakter tal-kumpanija għandu jkun dekorat u marbut mat-tema. Fil-ġnub (b’xi mod) jistgħu jiġu esebiti r-reklami. Mhux permess l-ebda żieda mat-trakter, ħlief xkaffa ta’ 45 ċm fejn jitpoġġew l-ispeakers u 60ċm fuq wara fejn joqgħod il-ġeneratur. Festivals Malta 7 ta’ Lulju 2026 Page 17 

f. Il-leader u x-xufier ikunu responsabbli dejjem tul it-traġitt kollu kif ukoll tul l-isfilata, filwaqt lix-xufier għandu dejjem ikun konformi mar-regolamenti tas-sewqan, inkluż dak relatat max-xorb (jew teħid ta’ sustanzi oħra) waqt sewqan ta’ vetturi. 

ġ Ħadd ħlief ix-xufier ma għandu jkun fuq it-trakter. Kull leader irid jassigura lit-trakter u kull mekkaniżmu ieħor għandu jkollu protezzjoni minn taħt sabiex ma jwaqqax żjut/diesel fit-toroq. Hi wkoll fir-responsabilità tal-leader li qabel kull sfilata jwettaq verifika li hemm il-mezzi kollha ta’ prekawzjoni inklużi. Irid dejjem jassigura li t-trakter għandu fuel neċessarju għall-isfilata kollha. 


Penali – F’nuqqas ta’ azzjoni jeħel multa sa 400€ u l-ispejjes biex jitneħħa ż-żejt/diesel li jkun waqa’ u jekk jibqa’ ma jirrimedjax għall-parteċipazzjoni tal-ġranet ta’ wara ma jitħalliex jieħu sehem. F’tali każ il-parteċipant in kwistjoni irid jara li ma jkunx ta’ ostakolu għad-defilé. 


  1. It-trakter, propjetà ta’ Festivals Malta, ikun bil-frame kif maħduma minn Festivals Malta. Reklami jistgħu jiġu ppreżentati fuq iż-żewġt iġnub tal-istruttura. Reklamar fuq trakter ta’ prodotti li mhux permessi bil-liġijiet tal-pajjiż ma jistgħux ikunu esebiti. Fuq quddiem tat-trakter, b’mod ċar u b’ortografija tajba, għandu jiġi esebit (bi kwalunkwe mod) l-isem tal-item flimkien mal-isem tal-lider u/jew l-organizzazzjoni u/jew grupp flimkien man-numru tal-item rispettiv. Fi kwalunkwe ħin fuq quddiem u wara il-ħin kollu irid ikun hemm esebit in-numru abbinat mal-item rispettiv. Il-kostruzzjoni trid tkun magħmula b’tali mod li f’każ ta’ ħtieġa din tkun tista’ titneħħa/jew tinfetaħ. 


Mhux permess l-ebda alterazzjoni la fuq it-trakter u lanqas fuq il-frame ippreżentat. F’każ ta’ alterazzjoni mhux permessa t-trakter jittieħed lura u jintilef kull dritt ta’ użu mill-istess mill-parteċipant involut. Apparti minn hekk, il-parteċipant jeħel l-ispejjes ta’ kwalunkwe danni li jista’ jkun hemm. 


Penali – Jekk it-trakter ma jkunx konformi jeħel klassifika kull darba li jidher, jekk ikollu reklamar mhux permessibbli dawn iridu jitneħħew, u għal kumplament ta’ ksur ta’ dan ir-regolament jeħel multa sa 100€ għal kull każ li jinkiser. 


  • Kwalunkwe speakers li jintużaw fuq it-trakters għandhom ikunu ta’ sawnd moderat, li fl-ebda mument ma jista’ jeċċedi il-qawwa ta’ 90dBA meta mkejjel minn 2 metru l-bogħod minn kull speaker. 


Penali – Multa sa 1000 € u tnaqqis ta’ klassifika. 


  1. Fuq quddiem tal-istruttura tat-trakter u wara tal-karru għandu jkun hemm struttura biex isir irbit f’każ ta’ bżonn. Dan biex l-istess trakter bil-karru ikunu jistgħu jiġu rmonkati b’vetturi oħra jekk meħtieġ. 


Penali – Multa sa 200€ f’nuqqas ta’ dan. 


Bejn il-karru u t-trakter irid ikun hemm katina soda/ħabel tal-wajers imdawrin (wire rope) jew mezzi oħra ta’ sigurtà li jkunu għas-sodisfazzjon tal-organizzazzjoni bħala sigurtà addizzjonali. 


Penali - Ksur ta' dan ir-regolament iwassal għall-applikazzjoni ta’ multa sa 100€ u l-applikant ma jitħalliex jieħu sehem (jipparteċipa) sakemm ikun kif stipulat fir-regolamenti flimkien mat-tnaqqis proporzjonali tas-sussidju konness mal-item. 


  1. Il-parti ta’ quddiem tat-trakter irid jiġi assigurat li s-sewwieq ikollu viżwali sħiħa u mhux ostakolata quddiemu. Ħadd, ħlief is-sewwieq, ma jista’ joqgħod fuq it-trakter. Fuq it-trakter ma għandux ikun hemm xorb, kaxxi tax-xorb, u/jew partijiet mill-kostumi, materjal (eż. sellum eċċ.) u apparat ieħor viżibbli tul l-isfilata kollha. Mhux permess kwalunke apparat viżibli fuq it-trakter (eż. kumpressuri tal-arja, ċilindri tas-CO2 jew compressed air) u appart tal-ħoss. Is-sewwieq tat-trakter għandu jkollu liċenzja valida tas-sewqan skond ir-regolamenti tas-sewqan rilaxxjata mill-Awtorità kompetenti u għandu f’kull ħin josserva r-regolamenti kollha tas-sewqan. Is-sewwieq qatt ma jista’ jħalli t-trakter waħdu, jiżfen jew jagħmel xi mossi oħra li ma jkunux relatati mas-sewqan. Is-sewwieq irid ikun idejh fissi fuq l-isteering u ma jqumx bil-wieqfa waqt is-sewqan. Lanqas ma għandu jikkonsma xorb alkoħoliku, jew ikun taħt influwenza ta’ xi sustanzi, waqt is-sewqan. Mhux permess tipjip mis-sewwieqa speċjalment waqt li l-karru jkun għaddej Pjazza San Ġorġ. L-awtoritajiet kompetenti għandhom id-dritt li japplikaw u jinforzaw kontra s-sewwieq kwalunkwe regolament relatat mas-sewqan ta’ vetturi bil-magna. 


Penali – Jekk is-sewwieq ma jkollux il-liċenzja neċessarja skont il-liġi ma jitħalliex jieħu sehem. L-item ma titħalliex tieħu sehem jekk ma jkunx hemm viżwali sħiħa u mhux ostakolata u għall-kumplament ta’ dan ir-regolament jeħel multa sa 200€ għal kull każ li jinkiser. 


  1. Sakemm ma jkunx hemm xi ħsara fit-trakter taħt l-ebda ċirkostanza l-karru ma għandu jieqaf u jew iwaqqaf l-isfilata. F’każ ta’ ħsara l-organizzazzjoni tassisti, fejn possibbli, billi tipprovdi stand by trakter. 


Infakkru f’regolament Nru 1 taħt it-Titlu “Briju”, fejn hemm indikat lid-distanza bejn karru u ieħor tul l-isfilata ma tkunx aktar minn 15 -il metru mill-item ta’ qablu. 


Penali – Jekk ikun hemm tnikkier u li konsegwenza taffetwa l-isfilata, titnaqqas klassifika u multa sa 1000€ kull darba li jkun il-każ. 

  1. Ir-regolamenti u dak kollu abbinat mat-trakters japplikkaw għal kull item fejn jintuża’ trakter. 


Installazzjonijiet


  1. Ma hemmx numru massimu ta’ kemm jiġu aċċettati items f’tali konkors. Applikanti ġodda jistgħu japplikaw għal dan il-konkors. 

  2. Il-qies tal-iStallazzjoni ma jkunx aktar minn 3.65 metru (12-il pied) għoli statiku. 

  3. It-tul tal-installazzjoni ma tistax tkun aktar minn 4.5 metru jew (15-il pied) u l-wisa’ mhux aktar minn 3.05 metru jew 10 piedi. 

  4. Mhux permessi li stallazzjoni jkollha movimenti li jitħaddmu bil-hydrolic. 

  5. L-installazzjoni trid tiġi ppreżentata fuq struttura bir-roti adekwata w approvata mill-inġinier biex tintuża għal tali skop ta’ traġitt. 

  6. Il-parteċipazzjoni tal-installazzjonijiet tkun obligatorja fil-ġranet, postijiet u ħinijiet indikati mill-organizzazzjoni. Tali parteċipazzjoni tista’ tkun ġimagħtejn qabel il-ġranet uffiċċjali tal-Karnival, f’attivitajiet tal-Karnival approvati minn Festivals Malta fi kwalunkwe lokalità f’Malta. 

  7. Jingħata sussidju għall-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ Festivals Malta, f’kull lokalità differenti 

  8. L-installazzjonijiet jiġu ġġudikati statiċi. 

  9. Mhux permess użu ta’ generatur li jithaddem bil-petrol. 


Maskeruni 


  1. Il-konkors tal-Maskeruni jkun kompost minn mhux aktar minn (4) erba’ entraturi. Kull sett ikun iffurmat minn (5) ħames biċċiet. 

  2. F’din is-sezzjoni jistgħu japplikaw parteċipanti ġodda wkoll. 

  3. Il-qies ta’ kull maskerun ma għandux jeċċedi l-1.8 metru (6 piedi) dijametru wisa’ mill-aktar ponot imbegħda, għoli sa 2.45 metru (8 piedi) minn fuq tal-kartapesta sal-aħħar tal-kartapesta. Maskerun irid ikun maqtugħ sa fuq l-irkoppa tar-reffiegħ. 


Penali - Jekk jinqabżu l-qisien il-lider jeħel 50€ għal kull maskarun li jkun qabeż il-qies u penali ta’ klassifika kull darba li jidher l-item. 

  1. Fl-arena ma jistgħux jidħlu aktar minn 5 persuni - wieħed ma’ kull maskerun u l-leader u għalhekk 6 b’kollox. 


Penali – Jekk jinkiser dan ir-regolament jeħel multa sa 50€ għal kull persuna żejda u titnaqqas klassifika kull darba li jinkiser. 

  1. Il-ħin tal-mużika tal-esebizzjoni fl-arena tkun ta’ 2 minuti u nofs. Il-mużika ssir mill-kuntrattur. Fl-arena l-maskwruni jridu jkunu merfugħa u mhux fuq ir-roti. 


Penali – L-item tiġi skwalifikata. 

  1. Il-parti tar-reffiegħa li tkun tidher (mill-irkoppa ‘l isfel) trid tkun kostum b’kuluri Karnivaleski relatat mat-tema. 


Penali – Multa sa 50€ għal kull maskarun li ma jkunx skont dan ir-regolament. 

  1. Il-maskaruni jridu jinġarru minn persuni ta’ eta’ ‘l fuq minn 16-il sena. 


Penali – Jekk jinkiser dan ir-regolament jeħel multa sa 50€ għal kull reffiegħ taħt l-eta’. 

  1. Il-parteċipazzjoni tal-maskaruni hija obbligatorja fil-ġranet, postijiet u ħinijiet indikati mill-organizzazzjoni. Din il-

  2. parteċipazzjoni tista’ tkun sa ġimgħatejn qabel il-ġranet uffiċċjali tal-Karnival f’lokalijiet differenti f’Malta. 


IŻ-ŻIFNA TAL-KUMPANIJI 

  1. Il-ħinijiet taż-żfin fil-pjazza li jista’ jinkludi d-dħul u l-ħruġ taż-żifna ma jistgħux jaqbżu – Kumpanija Sezzjoni ‘A’ , ‘B’ u ‘D’ sitt (6) minuti 

  2. Kumpanija Sezzjoni ‘Ċ’ ħames (5) minuti (f’każ li jkun hemm mużika tad-dħul u bejn id-dħul u ż-żifna jkun hemm dik-il waqfa din ma tistax tkun ta’ aktar minn 20 sekonda) 


Penali - Ksur ta' dan ir-regolament ifisser tnaqqis ta’ klassifika kull darba li jinkiser dan ir-regolament. 

  1. Iż-żeffiena ma jistgħux jiżfnu ma’ aktar minn kumpanija waħda. 


Penali - Jekk jinkiser dan ir-regolament iż-żeffien/a jiġi/tiġi skwalifikat/a milli jkompli/tkompli jieħu/tieħu sehem, u ż-żewġ kumpaniji involuti jeħlu klassifika u multa sa 500€. 

  1. Il-mużika taż-żfin għandha tkun b’arranġament mużikali tal-kuntrattur u jista’ jkun hemm sound effects. 

  2. L-organizzazzjoni tirriserva d-dritt li tqabbeż l-entraturi, kif ukoll li l-parteċipanti jridu josservaw u jaderixxu ruħhom ma’ kull direttiva li tingħatalhom biex jiżfnu u/jew jipparteċipaw fl-isfilata meta jintalbu. 


Penali - Fi kwalunkwe nuqqas l-organizzazzjoni tnaqqas klassifika kull darba li jinkiser dan ir-regolament kif ukoll jista’ jkun hemm skwalifika. Festivals Malta 7 ta’ Lulju 2026 Page 23 



  1. Il-parteċipanti kollha għandhom ikunu fil-post u fil-ħin li jingħatelhom, kemm għal dik li hija sfilata kif ukoll għall-kompetizzjoni taż-żfin. 


Penali – Jekk parteċipant jonqos li jkun fil-ħin għaż-żfin, però fil-kategorija tiegħu jkun għad baqa’ min jiżfen f’dan il-każ jeħel klassifika u multa sa 500€. F’każ li jkun żifen kulħadd fil-kategorija tiegħu, dan ma jiġix iġġudikat f’dik il-ġurnata u jeħel multa sa 500€. 

  1. Innijiet nazzjonali u bnadar ta’ kull pajjiż u/ jew partiġjani ma jistgħux jintużaw fil-Karnival. 


Penali - Min jikser dan ir-regolament ma jitħalliex jieħu sehem sakemm jiġi konformi mar-regolament. 

  1. Għall-isfilata, il-grupp irid ikun kompost mill-istess massimu ta’ numru ta’ nies stabbiliti għaż-żifna, waqt l-isfilata ż-żeffiena jew parti ma jistgħux jinfirdu mill-kumplament tal-grupp, iridu jibqgħu fir-rotta uffiċċjali. 


Penali - F’każ li jirriżulta li f’xi okkażżjoni jkun hemm numru akbar jew anqas ta’ żeffiena titnaqqas klassifika kull darba. 

  1. L-ebda żeffien/a u/jew il-leader ma jista’ jittrateni kemm biex jidħol kif ukoll biex joħroġ mill-arena qabel u wara ż-żifna. 


Penali – Jekk jinkiser dan ir-regolament tingħata penali sa 200€. 

  1. Il-leader għandu jieħu ħsieb li ż-żraben, speċjalment tan-nisa, ma jkunux ta’ periklu. Tkaken pencil mhux permessi. 


Penali – Jekk jinkiser dan ir-regolament tingħata penali sa 100€. 

  1. Waqt iż-żfin fl-arena ma jistgħux jidħlu aktar minn 4 persuni (il-koreografu/a u tlieta oħra) ma’ kull kumpanija li tkun se tesegwixxi ż-żifna tagħha. 

Festivals Malta 7 ta’ Lulju 2026 Page 24 


Penali - Titnaqqas klassifika għal kull persuna li tirriżulta żejda. 

  1. L-ebda parti tal-kostum ma għandha tkun bir-roti li jmissu mal-art waqt iż-żifna. 


Penali – Titnaqqas klassifika kull darba li jinkiser dan ir-regolament. 

  1. F’kull ħin (kompetizzjoni jew le) il-parteċipant irid ikun liebes il-kostum sħiħ. 


Penali – Titnaqqas klassifika u multa sa 200€ kull darba li jinkiser. 

  1. Il-korjografu/a jista’/tista’ tkun/jkun parti miż-żifna basta n-numru massimu ta’ membri taż-żifna ma jeċċediex in-numru stipulat ta’ kull kumpanija. Il-koreografu/a ma j/tistax jieħu sehem ma’ aktar minn kumpanija waħda. 


Penali - Titnaqqas klassifika f’każ ta’ ksur ta’ dan ir-regolament, liż-żewġ kumpaniji involuti u l-koreografista jiġi skwalifikat milli jkompli jieħu sehem. 

  1. Qabel, waqt u wara ż-żfin xejn ma jista’ jiġi sparat u jitwaddab, inkluż karti, fid-direzzjoni lejn jew minn fuq il-palk. Bżieżaq u logħob tan-nar mhux permessi fi kwalunkwe forma fl-attivitajiet kollha tal-Karnival inkluż, l-isfilata u ż-żfin. 


Penali - Ksur ta' dan ir-regolament ifisser tnaqqis ta’ klassifika/klassifiċi u multa li tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu. 

  1. Kull kumpanija li tkun se tuża xi forma ta’ “props” jew xi ħaġa oħra għandha tinforma lill-organizzazzjoni bil-miktub sa mhux aktar tard minn ġimgagħtejn qabel l-ewwel attività tal-Karnival. Props jintużaw biss dawk li jkunu approvati mill-organizzazzjoni. Il-parteċipant hu responsabbli għal dawn il-props fi kwalunkwe ħin. Il-qies tal-prop ma għandux jeċċedi dawn il-qisien 1.22 metru (4 piedi) tul, 1.22 metru (4 piedi) wisa’ u 2.13 metru (7 piedi) għoli. 


Penali – Jekk il-leader ma javżax li se juża prop kif stipulat fir-regolament u/jew jeċċedi l-qisien stipulati jeħel klassifika u multa sa 300€ kull darba li jidher. 

  1. Mhux permess drapp bil-printing u/jew 3d printing bħala parti mill-kostum 


KUMPANIJI TAŻ-ŻFIN 


Kategorija “A” 

Kumpanija f’Sezzjoni A trid tkun fiha mhux anqas minn ħamsa u għoxrin (25) persuna u mhux aktar minn sitta u tletin (36) persuna għal waqt iż-żifna. Il-membri kollha tal-kumpanija jridu jkunu minn 13-il sena ‘l fuq nhar il-Giovedi Grass tas-sena partikolari. Jista’ jkun hemm sa mhux aktar minn 2 mascots ta’ mhux anqas minn ħames snin li ma jagħmlux parti miż-żifna. L-organizzazzjoni żżomm id-dritt li titlob li tiġi ppreżentata l-karta tal-identità taż-żeffien/a jew ċertifikat tat-twelid tal-Gvern.


Mhux permessibbli li jiġi użat kwalunkwe rix u metal dekorattiv. 

Penali - Ksur ta' xi parti minn dan ir-regolament ifisser multa sa 200€ u titnaqqas klassifika kull darba li tidher. 


Il-parteċipanti tal-kumpaniji A iridu jippreżentaw karru mżejjen biex jipparteċipa fid-defiles flimkien mal-membri tal-kumpanija bil-kostum. Għal dan irid jiġi ppreżentat sketch skalat bil-kulur li jiġi ppubblikat. 

  1. Jekk il-leader jiddeċiedi li jpoġġi l-maskarati fuq il-karru dawn ma għandhomx ikunu aktar minn tnax (12). Il-maskarati ma jistgħux ikunu fuq l-ebda parti tal-karru li tkun tiċċaqlaq. Iridu jkunu fil-beraħ u fuq partijiet fissi. Fejn se jkunu l-maskarati ma jistax ikun hemm aktar għoli minn 3.048 metru (10 piedi) mill-art. Kull maskarat irid ikun marbut b’harness addattata u jkun hemm safety guard neċessarju 

  2. Il-maskarati jridu jkunu libsin il-kostum sħiħ bħall-kumplament tal-kumpanija. 

  3. Dawn il-karrijiet huma kompetittivi iġġudikati mill-ġurija 


Penali – Jekk jinkiser xi parti jew aktar minn dan ir-regolament l-item ma titħalliex tieħu sehem sakemm jiġi konformi ma’ dan ir-regolament, u jitlef proporzjonalment is-sussidju. 

Kategorija “B” 


Il-Kumpaniji f’Sezzjoni B iridu jkunu ta’ mhux anqas minn erbgha u għoxrin (24) persuna u mhux aktar minn sitta u tletin (36) persuna għaż-żifna. Iż-żeffiena f’din il-kategorija jrid ikollhom ‘il fuq minn tlettax (13) –il sena nhar il-Giovedi Grass ta’ dik is-sena. Jista’ jkun hemm mhux aktar minn żewġ (2) mascots ta’ mhux anqas minn ħames snin li ma jagħmlux parti miż-żifna. L-organizzazzjoni iżżomm id-dritt li tiġi preżentata il-karta tal-identità taż-żeffien/a sabiex jiġi verifikat l-eta’ taż-żeffien/a. 


Penali - Ksur ta' xi parti minn dan ir-regolament ifisser multa sa 200€ u titnaqqas klassifika kull darba li tidher. 


Kategorija “Ċ” 


Il-Kumpaniji tat-Tfal (Sezzjoni ‘Ċ’) trid tkun ta’ mhux anqas minn għoxrin (20) tifel u jew/tifla u ta’ mhux aktar minn sitta u tletin (36) tifel u/jew tifla għaż-żifna li jkollhom mhux anqas minn 6 snin iżda ma jridux ikunu għalqu it-tlettax (13)-il sena sa nhar il-Giovedi Grass ta’ dik is-sena. Jista’ jkun hemm mhux aktar minn żewġ (2) mascots ta’ eta’ mhux anqas minn ħames snin li ma jagħmlux parti miż-żifna. 


Penali - Ksur ta' xi parti minn dan ir-regolament ifisser multa sa 200€ u titnaqqas klassifika kull darba li tidher. 


Il-lider tal-kumpaniji Sezzjoni ‘Ċ’ hu responsabbli li jipprovdi kopja ta’ ċertifikat tat-twelid bir-ritratt u jippreżenta formola ta’ kunsens tal-membri kollha tal-kumpanija tiegħu sa mhux aktar tard minn ġimgħa qabel l-ewwel serata taż-żfin kompetittiv. 


Penali - Jekk jirriżulta li jkun hemm xi membru ta’ età anqas jew akbar mill-età stipulata titnaqqas klassifika kuljum għal kull persuna in kwistjoni. F’tali każ li parteċipant jonqos milli jipprovdi xi ċertifikat/i iż-żeffien/a ikun kkunsidrat/i bħala li l-eta’ ma tkunx konformi mar-regolament. Barra li jitnaqqsu l-punti jeħel multa sa 500€. 


It-tema magħżula tal-Kumpanija ‘Ċ’ trid tkun marbuta ma’ suġġett relatat mat-tfal. 


Penali - F’tali każ li jirriżulta oltre tali kumpanija tiġi skwalifikata mill-kompetizzjoni tal-Karnival u titlef il-flus tas-sussidju. 

L-organizzazzjoni ma taċċettax li jintużaw kostumi goffi u tqal. Mhux permess li l-kostum jinkludi dahar. Għaldaqstant skont regolamenti indikati mill-Kummissarju tat-tfal it-toqol tal-kostum ma għandux ikun aktar minn 10% tal-piż tal-istess tifel/tifla li j/tkun qed jilbes/tilbes il-kostum. L-istess piż irid ikun bilanċjat b’mod ekwu. Dan hu bbażat fuq il-kriterji rakkomandati nternazzjonalment dwar il-piż li tfal jistgħu jġorru. F’kull ħin, kif ukoll wara kull żifna jistgħu jintiżnu xi kostumi li jkunu jidhru li huma goffi u ta’ piż. 

Penali – Jekk xi kostum jinstab li jkun piż aktar minn dak stipulat l-item jiġi skwalifikat. 

Jekk waqt l-użin tal-piż taż-żeffien/a li jsir bla kostum (pajżana) jinstab li xi żeffien/a b’xi mod qarraq fil-piż tal-użin il-lider u l-kumpanija nvoluta jiġu skwalifikati milli jieħdu sehem fil-karnival għal numru ta’ snin skont il-każ u multa sa 500€. 

Waħda mill-kompetizzjoni tal-kostum u l-allegrija tkun il-Ħamrun – attivita’ li tista’ ssir sa gimgħa qabel il-ġranet uffiċċjali tal-Karnival. 


Kumpanija ‘D’ Festivals Malta 7 ta’ Lulju 2026 Page 28 


Kull item trid tkun komposta minn mhux anqas minn għoxrin (20) persuna u mhux aktar minn sitta u tletin (36) persuna. L-età trid tkun 13-il sena ‘l fuq nhar il-Giovedi Grass ta’ dik is-sena u jista’ jkun hemm żewg maskots ta’ mhux anqas minn ħames snin li ma jkunux parti miż-żifna. 


Għall-kostumi ta’ Sezzjoni D jistgħu jintużaw kwalunkwe materjal tad-drapp, però ma jistax jintuża damask. Ma jistgħux jintużaw rix (għajr 5 rixiet ma’ kull kostum sħiħ). Dekorazzjoni tar-ram u metal mhux permess. Il-kostum jkun bla daharin (b’dahar wieħed jifhem dak imdendel mal-ispallejn). Mhux permess li jkun hemm dwal mal-kostum. Mhux permess li jintuża “Pampas”. 


Waħda mill-kompetizzjonijiet tal-kostum u l-allegrija tkun fil-Ħamrun – attività li tista’ ssir sa gimgħa qabel il-ġranet uffiċċjali tal-Karnival. 


Regolamenti Ġenerali għall-Kumpaniji taż-Żfin 

  1. Kull arranġament mużikali hu fir-responsabbilità sħiħa u assoluta tal-lider u jkun irid jiġi ppreżentat fiż-żmien stipulat biex ikun jista’ jsir ir-recording. L-arranġamenti mużikali għandhom jiġu provduti mill-parteċipant. Ma jistgħux jintużaw arranġamenti mużikali magħmula minn liders oħra. Il-leader għandu jaċċerta illi ma jkun hemm ebda ksur tad-dritt tal-awtur relattiv għall-użu tal-mużika. 

  2. L-organizzazzjoni ma għandhiex l-obbligu li tipprovdi l-postijiet fejn isiru l-provi (rehearsals) taż-żfin. Il-ħlasijiet (jekk dovuti) għall-postijiet fejn isiru l-provi huma wkoll inklużi fil-premju/sussidju. 

  3. Kumpanija taż-żfin ma jistax ikollha reklam mal-kostum jew ma’ xi prop li l-kumpanija tkun se tuża waqt iż-żfin jew sfilata. 


Penali - Jekk jinkiser dan ir-regolament il-kumpanija ma titħalliex tieħu sehem sakemm ikun hemm rimedju. F’tali każ isir tnaqqis proporzjonali tas-sussidju/premju dovut ta’ kull ġurnata li l-item jonqos milli jieħu sehem. 

  1. Il-kumpaniji ‘B’,’Ċ’ u ‘D’ jistgħu ikollhom trakter imżejjen (kif indikat fir-regolamenti taħt it-titlu ‘Trakter’ aktar ‘il fuq f’dan id-dokument). 

  2. Kwalunkwe trakter kif indikat fir-regolament numru 4 jista’ jintuża’ biss minn kumpanija waħda. 

  3. Il-ħoss (sound) f’tali vettura ma jistax jeċċedi dak indikat bħala massimu għat-tractors tal-karrijiet. 


Ħlasijiet/Premjijiet 

  1. Jingħata pagament bil-quddiem ekwivalenti għal 50% tat-tielet premju fil-konkorsi kompetittivi. Għall-konkors tal-Maskeruni jingħata 50% tat-tieni premju fil-konkors rispettiv. 

  2. Il-kumplament tal-bilanċ dovut jingħata f’tali każ li l-item jiġi klassifikat (fejn hemm il-kompetizzjoni). F’każ li l-item ma jikklassifikax jista’ jingħata l-bilanċ ta’ 10% tat-tielet post (jew it-tieni post fil-każ tal-konkors tal-maskaruni) jekk il-livell jintlaħaq. 

  3. Huwa possibbli li l-ħlas tal-advance money isir sa mhux aktar tard minn sitt (6) ġimgħat mill-aċċettazzjoni u l-bilanċ sitt (6) ġimgħat wara l-parteċipazzjoni. 

  4. F’każ li għal xi raġuni l-applikazzjoni tkun irtirata l-leader hu responsabbli li jirrifondi l-pagament li ngħatalu sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara l-irtirar. Apparti dan f’tali każ jista’ jkun kostrett li jħallas kwalunkwe ammont addizzjonali li jkopri l-ispejjeż amministrattivi. 



IL-PROTESTI 

Il-leader għandu d-dritt li jagħmel protest kontra kull allegat ksur ta’ xi regolament. Kull protesta tintlaqa’ b’email li għalih tintbgħat konferma li l-email ġiet riċevuta mill-awtoritajiet biex ikun jista’ jiġi kkunsidrat. Huwa d-dmir ta' min jagħmel il-protest li jippreżenta d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa kif ukoll il-provi neċessarji flimkien mal-protest uffiċċjali. Kull min isirlu xi protest kontrih jiġi mgħarraf b’dan però ma jiġix identifikat il-persuna li jkun għamel il-protest. Fl-aħħar ġurnata tal-Karnival il-protest għandu jiġi preżentat sad-9.00 ta’ filgħaxija, però, fil-ġranet l-oħra, kull protest irid jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-għada li jkun seħħ il-każ. Kull min jagħmel protest u dan ma jiġix milqugħ jinqatalgħu 50€ mill-ammont dovut lilu wara l-Karnival. 


IL-ĠURIJA 

  1. Il-Ġurija tkun komposta minn nies kompetenti magħżula mill-Organizzazzjoni u tkun taħt il-ħarsien ta’ nutar pubbliku, li tiġġudika l-konkorsi kompetittivi tal-Karnival. Din timxi fuq ir-regolamenti stabbiliti mill-Organizzazzjoni u finalment fuq il-ġudizzju personali tagħha. Ir-riżultat finali mhux appellabbli. 

  2. Kull ġurat li jkun se jiġġudika fil-Karnival għandu jiffirma dikjarazzjoni li :- (1) – ma jtarraf u ma javża bl-ebda mod li ġie magħżul/a bħala ġurat 

  3. (2) – ma jiżvela xejn dwar il-ħidma u l-ġudizzju tiegħu kemm waqt u anke wara l-Karnival 

  4. (3) – ma għandu l-ebda konflitt ta’ interess ma’ xi parteċipant/i 

  5. (4) – ma jkun ta’ ebda influwenza lill-ġurati l-oħra 



  1. Kull ġurat irid ikun leali u oġġettiv lejn l-ideal ta’ ġudizzju Karnivalesk u xejn aktar. 

  2. F’każ li l-programm ma jsirx jew jitwaqqaf mill-organizzazzjoni u l-ġurija ma tiddikjarax bil-miktub li tkun rat l-items kollha, l-ġudizzju tal-konkors/i ma jsirx f’dik il-ġurnata/ġranet, il-verdett globali joħroġ fuq il-ġurnata jew ġranet li jkun sar il-Karnival. 

  3. Jekk xi entratura (item) tonqos li tidher, jew ma titħallhiex tieħu sehem, titlef il-mertu ta’ dik il-ġurnata kif ukoll teħel penali skont il-każ. Fil-klassifika finali jingħaddu l-merti tal-ġranet l-oħra li l-entratura tkun ħadet sehem. 

  4. L-għada tal-aħħar ġurnata tal-Karnival ta’ Malta, jew jekk jinqala' l-bżonn, f’xi jum ieħor li jiġi ffissat mill-Organizzazzjoni, Kumitat ‘ad hoc’ maħtur mill-Organizzazzjoni, jiftaħ l-envelops ssiġġillati tal-voti quddiem Nutar Pubbliku. Għal dan il-proċess ikun mistieden ukoll rappreżentant tal-Għaqda Partecipanti tal-Karnival bħala osservatur liema rappreżentant jiġi dikjarat bil-miktub mill-istess għaqda li jgawdi l-fiduċja tal-għaqda u fil-proċess qed jerfa’ r-responsabbilità kollha konnessa għan-nom tal-Għaqda. Ir-rappreżentant tal-għaqda ma jridx ikun ħa sehem bħala parteċipant kompetittiv f’dik is-sena. 


Il-metodu li fuqu taħdem il-ġurija għar-rigward tal-kompetizzjonijiet taż-żfin u l-kostumi tal-Kumpaniji u l-konkorsi tal-maskeruni u Installazzjonijiet 


Għar-rigward tal-maskaruni u stallazzjonijiet kull membru tal-gurija jikklassifika l-items rispettivi mill-1 sal-10 post. 


Għar-rigward tal-kompetizzjoni taz-zfin u l-kostum, kull membru tal-gurija jikklassifika mill-1 sal-5 fuq kriterju/i li jkun assenjat lilu. In-Numru wieħed (1) huwa l-ogħla klassifika. 


Il-Kriterji huma


Kostum 

  1. Il-kreattività fit-tema u fil-preżentazzjoni 

  2. Dehra ġenerali u l-varjazzjoni tal-kostum 

  3. L-iskema tal-kuluri tal-kostum 

  4. Il-ħila tax-xogħol fil-kostum 

  5. Briju karnivalesk 

  6. L-iskrutinju tal-kostumi mill-vicin 


Żifna 

  1. Il-kreattività fit-tema u fil-preżentazzjoni 

  2. Kif tidher iż-żifna bil-kostum 

  3. It-temp u l-movimenti taż-żfin 

  4. L-umoriżmu Karnivalesk 

  5. L-allegrija 

  6. L-għażla u l-arranġament tal-mużika taż-żifna 

  7. Id-dehra ġenerali u l-varjazzjoni Il-klassifiċi rebbieħa huma – l-ewwel preferenza, it-tieni preferenza u t-tielet preferenza. 

  8. Fl-ewwel post jiġi dikjarat rebbieħ dak li jkollu l-aktar preferenzi Numru 1. F’każ li jkun hemm parità ddur fuq it-tieni preferenzi numru 2 u jekk tibqa’ l-parità ddur fuq il-preferenza numru 3. Jekk tibqa’ l-parità jdur fuq il-preferenzi l-oħra 4- 5- 6 eċċ. 

  9. Jiġi dikjarat rebbieħ tat-tieni post dak li jkollu l-aktar preferenzi tat-tieni (numru 2). Il-proċess isir billi jingħaddu l-ewwel preferenzi (numru 1) mat-tieni preferenzi (numru 2) u jekk tibqa’ l-parità ddur fuq it-tielet preferenza (numru 3). F’każ li tibqa’ xorta l-parità jiġi ddikjarat fit-tieni post 



Allegrija 

Għall-allegrija fit-triq il-ġurat/i jikkonsidra l-briju, il-koreografija maħluqa fit-triq, id-dehra u l-ispettaklu offrut fit-triq mill-kumpanija. 


Kif jiġi stabbilit ir-riżultat tal-Konkorsi



  1. dak li jkun ġab l-iżjed preferenza numru 1. Jekk tibqa’ l-parità ddur fuq il-preferenzi l-oħra 4, 5, 6 eċċ. 

  2. Fit-tielet post jiġi kklassifikat dak li jkollu l-aktar numru tat-tielet preferenza. Il-proċess isir billi jingħaddu l-ewwel preferenzi (numru 1) mat-tieni preferenzi (numru 2) flimkien mat-tielet preferenzi (numru 3). F’każ li tibqa’ xorta l-parità jiġi ddikjarat fit-tielet post dak li jkun ġab l-iżjed preferenza numru 1. F’każ li xorta waħda tibqa’ l-parità jiġi ddikjarat f’din il-klassifika dak li jkollu l-akbar ammont tat-tieni preferenza. F’każ li tibqa’ l-parità ddur fuq il-preferenzi l-oħra 4, 5, 6 eċċ. 

  3. F’każ ta’ parità wara li jkun sar il-proċess ta’ hawn fuq jiġu dikjarati rebbieħa dawk li jkollhom l-aktar ammont ta’ preferenzi. Finalment jekk tibqa’ l-parità fuq l-ewwel post, ma jingħatax it-tieni post, u jekk il-każ ta’ parita’ jkun fuq it-tieni post ma jingħatax it-tielet post. 

  4. F’każ li f’xi konkors ikun hemm inqas minn 3 parteċipanti biex joħroġ ir-riżultat jrid ikun hemm mhux anqas minn 50 + 1 tal-voti għal kull post. 

  5. F’kull każ, għajr dak indikat hawn fuq (f) biex parteċipant jikklassifika irid iġib mhux anqas minn 5 klassifiċi mill-ġurija fl-ewwel, fit-tieni jew fit-tielet post. Dan ir-regolament japplika meta jkun hemm 15-il vot tal-ġurija jew aktar, f’każ li jkun hemm voti anqas jittieħed il-persentaġġ ta’ terz (1/3) tal-voti li jkun hemm. 

  6. F’każ ta’ penali jew għadd ta’ penali, l-klassifiċi tal-items jitnaqqsu mill-ewwel preferenzi u jekk ma jkollux minn fejn jitnaqqsu mit-tieni preferenzi u jekk xorta jibqa’ ma jkollux biżżejjed jitnaqqsu mit-tielet preferenza. 

  7. L-ammont ta’ klassifiċi li jitnaqqsu jibqgħu neqsin tul il-proċess kollu. 

  8. Jekk ikun hemm penalizazzjoni ta’ punti rigward kumpaniji ‘A’,’B’, u ‘Ċ’ dan għandu jsir bl-istess proċess tal-item ta’ fuq (h). Jekk il-każ ma jkunx konness maż-żifna jew kostum, il-punti għandhom jitnaqqsu mill-konkors taż-żfin. 



Ir-Rebbieħ 


Kumpaniji ‘A’ ikunu komposti minn tlett (3) taqsimiet il-kostum, żifna fil-Pjazza u l-karru. Jiġi dikjarat rebbieħ dak li jiġi l-ewwel f’kull taqsima rispettiva. Il-voti li jingħataw għall-korjografija maħluqa fit-triq (street parade) jingħaddu ma’ dawk taż-żifna. 

Kumpanija ‘B’ ikunu komposti minn żewġ (2) taqsimiet, il-kostum, żifna fil-pjazza, żifna u allegrija fl-isfilata. Il-voti li jingħataw għaż-żifna fil-pjazza u l-koreografija maħluqa għat-triq (street parade) jingħaddu ma’ dawk tat-taqsima taż-żifna. Jiġi dikjarat rebbieħ dak li jiġi l-ewwel f’ kull taqsima rispettiva. 

Kumpanija ‘Ċ’ tkun komposta minn żewġ (2) taqsimiet, kostum u żifna. Se jkun hemm rebbieħa għal kull kategorija. Jiġi dikjarat rebbieħ dak li jiġi l-ewwel f’ kull taqsima rispettiva. 

Kumpanija ‘D’ ikunu komposti minn żewġ (2) taqsimiet, il-kostum, żifna fil-pjazza, żifna u allegrija fl-isfilata. Il-voti li jingħataw għaż-żifna fil-pjazza u il-korjografija maħluqa għat-triq (street parade) jingħaddu ma’ dawk tat-taqsima taż-żifna. Jiġi dikjarat rebbieħ dak li jiġi l-ewwel f’ kull taqsima rispettiva. 

Il-metodu li fuqu taħdem il-ġurija għar-rigward tal-Karrijiet Trijonfali u Karrijiet tal-Kumpaniji ‘A’ 

Kriterji li fuqhom il-ġurija tibbaża’ l-verdett tagħha 

  1. Oriġinalità tas-Suġġett 

  2. Kreattività fit-tema u ħila tax-xogħol fil-Kartapesta 

  3. Tqassim u l-iskemi tal-kuluri karnivaleska 

  4. Briju u allegrija tal-karru fit-triq 

  5. Dehra ġenerali tal-karru jaħdem mal-mużika u l-movimenti tal-karru 

  6. Kull ġurat irid jikklassifika mill-1 sal-5 fuq kriterju/i li jkun assenjat lilu. 

  7. In-numru wieħed (1) huwa l-ogħla klassifika. 


Kif jiġi stabbilit ir-riżultat 

1. Fl-ewwel post jiġi dikjarat rebbieħ dak li jkollu l-aktar preferenzi (numru 1) tal-kriterji flimkien (5). F’każ li jkun hemm parità ddur fuq it-tieni preferenzi (numru 2) tal-kriterji, u jekk tibqa’ l-parita’ ddur fuq il-preferenza (numru 3). Jekk tibqa’ l-parità ddur fuq il-preferenzi l-oħra. 

  1. Jiġi dikjarat rebbieħ tat-tieni post dak li jkollu l-aktar preferenzi tat-tieni (numru 2) fil-kriterji flimkien (5). Il-proċess isir billi jingħaddu l-ewwel preferenzi (numru 1) mat-tieni preferenzi (numru 2) u jekk tibqa’ l-parità ddur fuq it-tielet preferenza (numru 3). F’każ li tibqa’ l-parità jiġi dikjarat fit-tieni post dak li jkun ġab l-iżjed preferenza (numru 1). Jekk tibqa’ l-parita’ iddur fuq il-preferenzi l-oħra. 

  2. Fit-tielet post jiġi dikjarat rebbieħ dak li jkollu l-aktar numru tat-tielet preferenza fil-kriterji flimkien (5). Il-proċess isir billi jingħaddu l-ewwel preferenzi (numru 1) mat-tieni preferenzi (numru 2) flimkien mat-tielet preferenzi (numru 3). F’każ li tibqa’ l-parita’ jiġi dikjarat fit-tielet post dak li jkun ġab l-iżjed preferenza (numru 1). F’każ li xorta tibqa’ l-parità jiġi dikjarat f’din il-klassifika dak li jkollu l-aktar ammont tat-tieni preferenza. F’każ li tibqa’ l-parità ddur fuq il-preferenzi l-oħra. 

  3. Finalment jekk tibqa’ l-parità fuq l-ewwel post ma jingħatax it-tieni post, u jekk il-każ ta’ parità jkun fuq it-tieni post ma jingħatax it-tielet post. 

  4. Jekk ikun hemm tnaqqis ta’ klassifika/klassifiċi dawn għandhom jitnaqqsu mit-total tal-ewwel klassifika, jekk ma jkunx hemm biżżejjed minn fejn jitnaqqsu mit-tieni klassifika u jekk jibqa’ ma jkunx hemm biżżejjed jitnaqqsu mit-tielet klassifika. 

  5. Kull ġurat irid jagħti mill-1 sal-5 skond il-ġudizzju tiegħu fuq il-kriterju li jingħata biex jiġġudika. (In-numru 1 huwa l-ogħla klassifika). 

  6. Kull item ikun iġġudikat tliet (3) darbiet minn ġurija differenti, jekk it-temp jippermetti, fejn il-ġurat wara li jkun lest ix-xogħol tiegħu, jivvota ta’ dak li jkun ra f’dik il-ġurnata. 

  7. Meta l-għada tal-Karnival jinfetħu l-voti jingħaddu l-voti li jkun ġab dak l-item għal kull kriterju (5) ta’ tliet ijiem flimkien. 

  8. Ir-riżultat tar-rebbieħa jiġi stabbilit, kif indikat aktar ‘l fuq. 

  9. Jista’ jingħata rikkonoxximent għar-rebbieħ ta’ kull kriterju. 


Regolamenti Ġenerali 

  1. F’kull attivita’ tal-Karnival: 

  2. ma jistgħux jintużaw bżieżaq u sunnetti tal-plastik – jekk jinkiser dan ir-regolament il-parteċipant/a jeħel/teħel multa sa 1,000€. 

  3. Xejn ma jista’ jiġi sparat u jitwaddab, fid-direzzjoni lejn il-pubbliku, inkluż ukoll strixxi tal-fidda (bojod u sofor metallic) għajr konfetti u streamers li jkunu ċertifikati li huma biodegradable – jekk jinkiser dan ir-regolament il-parteċipant/a jeħel/teħel multa sa 1,000€. L-isparar ta’ karti jsir fil-post/postijiet u granet indikati aktar il fuq fir-regolamenti. 

  4. Logħob tan-nar mhux permessi fi kwalunkwe forma f’kull attivita’ tal-Karnival. – jekk jinkiser dan ir-regolament il-parteċipant/a jeħel/teħel multa sa 1,000€. 

  5. Kull lider għandu jippreżenta consent form tal-parteċipanti kollha, taħt l-14 -il sena, iffirmata mill-ġenituri jew il-gwardjani legali. 

  6. Il-leaders tal-karrijiet u tal-kumpaniji jridu jipprovdu l-playlist tal-biċċiet mużikali użati lill-organizzazzjoni sa ħmistax wara l-aħħar attività tal-Karnival. 

  7. Jekk l-organizzazzjoni tinnota hija stess, jew għax ikun daħal xi protest, li xi item partikolari jkun uża’ xi partijiet li ma jkunux ġew trasformati kemm fil-Karnival ta’ Malta jew f’xi attivitajiet oħra organizzata fil-gżejjer Maltin, jittieħdu l-passi kollha meħtieġa nkluż tnaqqis ta’ klassifika applikabbli u tnaqqis ta’ sussidju kontra l-applikant/parteċipant inkluż skwalifika. Evidenza tkun issostanzjata b’ritratti, filmati jew kwalunkwe tip ta’ evidenza oħra. 

  8. Sabiex ikun imħares ix-xoghol artistiku tradizzjonali marbut mal-Karnival ta’ Malta huwa projbit kwalunkwe uzu tat-teknologija ta’ 3D print jew forom oħra li jikkupjaw jew ikabbru l-figuri. Dan jgħodd kemm għall-karrijiet u anke fil-kostumi tal-kumpaniji. 


Hu fid-dmir tal-parteċipant li jżomm dokumentazzjoni fotografika tal-proċess tax-xogħol tiegħu sabiex f’każ ta’ bżonn l-organizazzjoni żżomm id-dritt li titlob lill-parteċipant jissottometti ritratti u / jew videos tal-proċess kollu (f’kull stadju) tal-manifattura tal-item partikolari. Fin-nuqqas ta’ din l-evidenza, l-Organizzazjoni taghmel il-verifiki tagħha u deċiżjoni tal-organizzazjoni tkun inappellabli. 


F’każ li jinstab li xi parteċipant ikun għamel użu minn tali teknoloġija, l-parteċipant ikun skwalifikat mill-kompetizzjoni. 

  1. Jekk jinqala’ każ li ma jkunx kopert jew ma jkunx ċar fir-regolamenti, l-organizzazzjoni fi kwalunkwe każ tkun tista’ tieħu azzjoni li fiċ-ċirkostanzi tħoss li jkunu xierqa, inkluż li timponi skwalifika, klassifiċi, multi u tnaqqis ta’ sussidju. 

  2. Il-parteċipanti u l-helpers huma assolutament projbiti milli jikkonsmaw u/jew iżommu xorb alkoħoliku u sustanzi projibiti tul l-isfilata kollha u fil-pjazza, u tul kwalunkwe traġitt tal-karru/item minn u lura għall-maħżen. Tipjip fi Pjazza San Ġorg u kull post ieħor pubbliku hu projbit. 

  3. Hu fir-responsabilità assoluta tal-leader li josserva l-aspetti u direttivi ndikati mill-Inġinier u s-Safety Officer jew nies oħra kompetenti. 

  4. Jekk xi leader jew helper/s juża’ xi tip ta’ vjolenza, fuq kwalunkwe membru tal-organizzazzjoni, l-item tiegħu jiġi skwalifikat awtomatikament. Dan ma jeskludix azzjonijiet ulterjuri li l-organizzazzjoni jidrilha li jkunu neċessarji skont il-gravità tal-każ. 


  • L-ebda tip ta’ annimal ma jista’ jintuża’ la waqt iż-żfin u l-anqas fl-isfilata, jew waqt l-esekuzzjoni tal-karru. 

  • F’każijiet speċifiċi l-organizazzjoni tista’ tiddeċiedi skont il-każ. 

  • Kull tip ta’ media jew informazzjoni diġitali jew mhux, għandha tiġi miġbura u distribwita skont ir-regoli tal-General Data Protection Regulation (GDPR) (EU) 2016/679. 

  • Kull deċiżjoni tal-organizzazzjoni hi finali u mhux appellabbli. Dan ir-regolament jgħodd għall-parteċipanti kollha nkluż dawk li jkunu kkummissjonati. 

  • L-organizzazzjoni ma għandha għal ebda raġuni, u taħt l-ebda ċirkostanza, tiġi tenuta u meqjusa responsabbli għal kwalunkwe azzjoni mwettqa u/jew ommissjoni attribwibbli lil kwalunkwe parteċipant, inkluż helpers, in kwantu tali parteċipant/helper ikun naqas milli josserva l-istruzzjonijiet u direttivi mogħtija mill-organizzazzjoni u/jew ikun aġixxa bi 

    traskuraġni u b’mod negliġenti. Illi għalhekk kwalunkwe danni riżultanti minn tali azzjoni/ommissjoni jkunu r-responsabbilita’ assoluta u esklussiva ta’ dik il-persuna li tat lok għal dik/dawk iċ-ċirkostanza/ċirkostanzi. 

  • Partecipanti tal-karnival ma jistax jidħol fi kwalunkwe kompetizzjoni oħra u / jew rikonximment (record) ta’ xi ħaġa li tkun biha jkun qed jieħu sehem fil-kompetizzjoni tal-karnival. 

  • Biex l-applikant jiġi aċċettat li jieħu sehem għandu jiffirma dikjarazzjoni li qed jaqbel u josserva r-regolamenti stabbiliti flimkien ma’ direttivi mogħtija mill-uffiċċjal tas-saħħa u s-sigurtà. L-applikant jaċċetta li jimxi mad-direttivi li jiġu mogħtija. 

  • Jekk jinstab li wara xi regolament ma jkollux penali dikjarata jew ma jkunx hemm indikazzjoni ċara ta’ x’penali wieħed għandu japplika, l-organizzazzjoni għandha d-dritt li tieħu kwalunkwe azzjoni neċessarja skont il-każ. 




 
 
bottom of page