top of page

Karnival ta' Malta 2027 - Sejħa għal Espressjoni ta' Interess għal Kitba, Produzzjoni u Preżentazzjoni tal-Qarċilla

  • Writer: Festivals Malta
    Festivals Malta
  • 22 hours ago
  • 2 min read

Festivals Malta qed tilqa’ proposti ta’ interess għall-kitba, produzzjoni, preżentazzjoni u eżekuzzjoni tal-qarċilla waqt l-attivitajiet tal-Karnival 2027.


Il-qarċilla hi produzzjoni teatrali satirika u tat-triq li kienet sinonima fost l-attivitajiet tal-Karnival li kienu jsiru  f’pajjiżna fi Żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann.


Il-qarċilla tikkonsisti f’kitba taż-żwieġ man-Nutar fejn matula jkunu trattati b’mod satiriku dak kollu li jkun qed jiġri f’Malta u madwarna.


Il-qarċilla reġgħet bdiet tiġi mtellgħa bħala parti mill-attivitajiet tal-Karnival fl-2014. 


Dawk interessati li jtellgħu din il-produzzjoni għandhom jibagħtu l-proposta tagħhom li tinkludi idea tal-iscript, pjan ta’ preżentazzjoni, u dettalji dwar l-atturi, kontenut mużikali u produzzjoni tal-istess. L-istess proposta tkun tinkludi kwalunkwe talba għal ħlas li tista’ tiġi ppreżentata fl-eventwalità ta’ produzzjoni u eżekuzzjoni tal-istess.


Hu mistenni li l-qarċilla tittella’ fl-apert fi Triq l-Ordinanza, il-Belt Valletta fil-jiem tal-Karnival speċjalment bi produzzjoni kull siegħa waqt l-attivitajiet tal-Karnival tas-Sibt u l-Ħadd wara nofsinhar (allura bejn is-1pm u s-6pm)


Għall-preżentazzjoni tal-qarċilla fit-triq, Festivals Malta jipprovdi dawl (floodlighting tal-area) u sistema tas-sound li tinkludi dan li jidher hawn taħt :-

Public Address System

An adequate Public Address System b’ 2 speakers self-amplified speakers u mikrofoni (ċ. 12 -il cordless headset mics) u mikrofoni b’wire (circa 6) together with the necessary mixer and all supporting equipment.

Floodlights

2 stands jinkludu 4 1000W floodlights jew ekwivalenti fuq kull stand tar-rappresentazzjoni tal-qarċilla fil-post tal-ispettaklu fi Triq l-Ordinanza

 

Oltre (jekk meħtieġ) tipprovdi sa 12-il crowd control barriers (normali). Kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-produzzjoni irid jiġi provdut mill-persuna responsabbli biex itella’ tali rappreżentazzjonijiet.


Oltre jkun mistenni li bi ftehim ma’ Spazju Kreattiv, din il-produzzjoni tittella’ (fejn meħtieġ b’modifika sabiex tkun addatata għall-ambjent ġewwa t-teatru) f’żewġ jew tliet serati apposta hekk kif maqbula bejn il-partijiet konċernati.

Il-produzzjoni tal-Qarcilla tista tittella’ f’postijiet oħra iżda dejjem wieħed irid jgħid li tali produzzjoni hi mtella’ għal u megħjuna minn Festivals Malta. Dan isir wara talba u qbil fejn tali produzzjoni tista’ tiġi mtella’.


Is-sottomissjonijiet ta’ espressjoni ta’ interess għall-kitba, produzzjoni u preżentazzjoni tal-Qarċilla waqt l-Attivitajiet tal-Karnival 2027 għandha ssir permezz ta’ email fl-indirizz elettroniku info.fm@festivals.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar ta’ nhar l-Erbgħa  8 ta’ Lulju, 2026. 

 
 
bottom of page