Skema ta’ Għajnuna għall-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ għall-Karnival ta’ Malta
- Festivals Malta

- Dec 17
- 2 min read
Festivals Malta, flimkien mal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni qed tniedi skema ta’ għajnuna lill-kumpaniji tal-Karnival bil-għan li nippromwovu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-attivitajiet tal-Karnival u nkabbru l-kreattività fost il-ġenerazzjonijiet futuri.
Din l-iskema hija maħsuba sabiex tgħin fl-involviment taż-żgħażagħ fil-festi annwali tal-Karnival ta’ Malta, filwaqt li tippromwovi l-kreattività, l-identità kulturali u l-espressjoni artistika b’mod aktar inklussiv u innovattiv. Din l-inizjattiva hija maħsuba sabiex tkun iffaċilitata l-produzzjoni ta’ kostumi, żfin, mużika u elementi artistiċi oħra relatati mal-manifattura tal-karrijiet u tal-maskaruni tradizzjonalment marbuta mal-Karnival ta’ Malta. Għal dan il-għan dawk kollha li se jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss tal-Karnival fi Frar 2026, huma eleġibbli li japplikaw għal din l-iskema ta’ għajnuna finanzjarja.
Permezz ta’ din l-iskema qegħdin nagħtu spazju lil talent lokali sabiex jesprimi ruħu u fl-istess ħin insaħħu l-għarfien u l-apprezzament tal-kultura Maltija fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa.
Dawk il-kumpaniji kollha li se jipparteċipaw fil-Karnival fi Frar 2026 huma mħeġġa sabiex jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2025, sa nofsinhar.
L-applikazzjonijiet għandhom jimtlew u jkunu ffirmati mill-leader tal-kumpanija/grupp li jrid ukoll jindika u jelenka ż-żgħażagħ (bejn l-14 u l-35 sena) li se jkunu qed jipparteċipaw bħala parti mill-kumpanija, u jekk hemmx xi pjan li jingħata xi taħriġ, jew proġetti oħra maħsuba għaż-żgħażagħ, li jkomplu jgħaddu t-teknika użata lill-ġenerazzjonijiet futuri.
L-applikazzjonijiet (ara l-formola fuq wara ta’ din l-ittra) se jkunu evalwati minn bord maħtur apposta fi ħdan Festivals Malta fl-ewwel ġimgħat ta’ Jannar u dawk eliġibbli se jkunu infurmati meta se ssir l-għoti ta’ għajnuna lil dawk li jikkwalifikaw.
Skema ta’ Għajnuna għall-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ għall-Karnival ta’ Malta
Isem il-kumpanija: ________________________________________________
Isem u kunjom il-leader: ___________________________________________
Indirizz postali: ___________________________________________________
Indirizz elettroniku: ________________________________________________
Numru tal-mobile: _________________________________________________
Ammont ta’ żgħażagħ involuti fil-kumpanija (niżżel l-ismijiet, l-ID Card u l-indirizz elettroniku taż-żgħażagħ indikati fil-lista annessa: _________________________
X’kontribut jagħtu ż-żgħażagħ fil-kumpanija/grupp (mhux aktar minn 200 kelma):
____________________________________________________________________________________
__________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________
_____________________________________________________________________________________
Deskrizzjoni ta’ proġett li jinvolvi ż-żgħażagħ ippjanat għall-futur (mhux aktar minn 200 kelma):
_____________________________________________________________________________________
_____________________________________________________________________________________
_____________________________________________________________________________________
_____________________________________________________________________________________
Firma tal-leader:____________________
Data:
____________________
ISEM | KUNJOM | ID CARD NO | |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Comments