top of page
  • Writer's pictureFestivals Malta

Festivals Malta jniedi l-Festivals tas-Sajf

Updated: May 4, 2023

Jitħabbru l-programmi tal-avvenimenti ta’ Festivals Malta għas-sajf tal-2023.

Festivals Malta nieda b’mod uffiċjali l-kalendarju kulturali tal-festivals tas-sajf, xahrejn ta’ attivitajiet kulturali ta’ kalibru u livell għoli. Dan għal darb’oħra ser jinkludi r-Ritmu Roots Festival, il-Malta International Arts Festival, il-Malta Jazz Festival, u t-tieni edizzjoni ta’ Dance Festival Malta.


Waqt it-tnedija, d-diretturi artistiċi ta’ kull festival ippreżentaw il-programmi rispettivi tagħhom li jikkuraw b’reqqa kbira. Il-kalendarju jibda b’Ritmu Roots Festival, taħt direzzjoni artistika ta’ Andrew Alamango. Dan il-festival ser jittella’ bejn it-2 u l-10 ta’ Ġunju, u ser jinkludi l-kontribuzzjoni ta’ bosta artisti Maltin u għannejja, artisti internazzjonali tal-ġeneru mużikali folk u fado, u għall-ewwel darba f’dan il-festival, ser issir ukoll esebizzjoni li tfakkar il-legat tal-għannej mibki Mikiel Abela il-Bambinu. Ser isiru wkoll workshops fuq strumenti folk, partikolarment fuq il-kitarra, minn artisti internazzjonali. Ġimgħa wara, bejn is-16 u l-25 ta’ Ġunju ser jittella’ l-Malta International Arts Festival taħt id-direzzjoni artistika ta’ Ruben Zahra. Dan il-festival multidixxiplinarju ser jara bosta artisti internazzjonali, fosthom Guilhem Desq li ser idoqq l-istrument partikolari bl-isem ta’ hurdy-gurdy u Thomas Bloch bil-glass harmonica. Din ser tkun l-ewwel darba li Bloch ser jiġi f’pajjiżna, u ser jieħu sehem f’wieħed minn żewġ kunċerti li ser isru ġewwa ċ-ċisterni ta’ Underground Valletta. Il-festival ser jinkludi wkoll diversi artisti lokali bi produzzjonijiet li jinkludu l-arti viżwali, il-mużika, it-teatru, u ż-żfin.

Il-programm artistiku ikompli bil-Malta Jazz Festival f’Ta’ Liesse u s-City Theatre li ser jirritorna bejn l-10 u l-15 ta’ Lulju, taħt direzzjoni artistika ta’ Sandro Zerafa. Il-festival ser jospita fost l-aqwa artisti rinomati internazzjonalment għall-mużika jazz, li jinkludu Immanuel Wilkins, Kurt Elling, Kurt Rosenwinkel, Dmitry Baevsky, Laurent Coq, u r-rebbieħa tal-Best New Artist Grammy Award Samara Joy. Il-kalendarju tas-sajf jagħlaq bit-tieni edizzjoni ta’ Dance Festival Malta bejn is-27 u t-30 ta’ Lulju. Taħt id-direzzjoni artistika ta’ Francesca Tranter, dan il-festival ser jinkludi prestazzjonijiet ta’ żfin f’diversi ġeneri kemm minn artisti lokali u internazzjonali li huma esperti fil-qasam. Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, l-festival ser jerġa’ jadotta l-Question and Response wara kull sessjoni, fejn kemm l-artisti u l-udjenza jistgħu jistaqsu mistoqsijiet u jiddiskutu aktar il-prestazzjonijiet esibiti.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici spjega li, “Tul is-snin l-avvenimenti tas-sajf ta’ Festivals Malta saru sinonimi għad-diversità artistika tagħhom tant li saru appuntament annwali għal bosta udjenzi lokali u internazzjonali.“


“Qed nipprovdu lill-pubbliku u t-turisti li jżuruna xahrejn ta’ attivitajiet kulturali ta’ kalibru u livell għoli. Se nkomplu ninvestu fil-kultura tagħna u nkomplu wkoll nagħtu sostenn lis-setturi kreattivi u kulturali fejn iktar artisti qed jingħataw l-opportunità jkabbru u jtejbu t-talenti tagħhom,” temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta, Aaron Zahra qal, “Il-Festivals li ħabbarna llum huma festivals stabbiliti, tant li sena wara l-oħra dawn il-Festivals jibqu jiġu organizzati għaliex huma Festivals imfittxija sew fost l-udjenza Maltija, kif ukoll dik barranija. Dan juri biċ-ċar is-suċċess li jiksbu dawn il-festivals u kemm huwa importanti li jibqgħu fil-kalendarju tagħna. Matul iż-żmien dawn il-festivals evolvew, u bis-saħħa tal-Aġenżija Nazzjonali Festivals Malta saħansitra rnexxielhom jilħqu livelli aktar għolja. Fil-fatt bosta huma dawk l-individwi minn barra minn xtutna li jagħżlu l-Malta bħala destinazzjoni għall-festivals kulturali fis-Sajf, dan minħabba l-varjetà u l-livell ta’ organiżazzjoni li joffru dawn l-avvenimenti.”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala qalet, “It-tim ta’ Festivals Malta huwa kommess li jsib modi ġodda u innovattivi ta’ kif norganizzaw il-festivals tagħna, bħal li ninstigaw djalogu fuq diversi livelli fis-soċjetà, filwaqt li noħolqu emozzjonijiet u viżjoni komuni biex l-arti tkun lingwa universali li titkellem fuq l-ambjent, it-tibdil fil-klima, ugwaljanza soċċjali u suġġetti oħra kurrenti.”


Għal aktar informazzjoni fuq kull festival u aktar biljetti żur festivals.mt


Ritratti - Elisa Von Brockdorff

 

Festivals Malta launches this year’s Summer Festivals.


Festivals Malta’s summer cultural calendar for 2023 has been announced.

Festivals Malta has officially launched its summer festival cultural calendar which includes two months of high calibre cultural activities. These events will once again include the Ritmu Roots Festival, the Malta International Arts Festival, the Malta Jazz Festival, and the second edition of Dance Festival Malta.


During the launch, the artistic directors of each festival presented their respective programs, which they painstakingly curate to fit the festivals’ particular genres. The calendar starts with Ritmu Roots Festival, under the artistic direction of Andrew Alamango. This festival will take place between the 2 and the 10 June, and will include the contribution of many Maltese artists, Għannejja, as well as international artists of the folk and fado musical genre. Also, a first for this festival, there will be an exhibition commemorating the legacy of the late Mikiel Abela, il-Bambinu. There will also be workshops on folk instruments, particularly on the guitar, by international artists. A week later, the Malta International Arts Festival will be held between the 16 and 25 June, under the artistic direction of Ruben Zahra. This multidisciplinary festival will see many international artists, including Guilhem Desq who will play the intriguing instrument called hurdy-gurdy and Thomas Bloch with the glass harmonica. Bloch will be coming for the first time in Malta, performing one of two concerts that will take place within the underground cisterns Valletta. The festival will also include several local artists with productions featuring visual arts, music, theatre, and dance.


The artistic program continues with the Malta Jazz Festival in Ta' Liesse and the City Theatre which will return between the 10 and 15 July under the artistic direction of Sandro Zerafa. The festival will host among the best internationally renowned artists for jazz music, which include Immanuel Wilkins, Kurt Elling, Kurt Rosenwinkel, Dmitry Baevsky, Laurent Coq, and the winner of the Best New Artist Grammy Award Samara Joy. The summer calendar closes with the second edition of Dance Festival Malta between the 27 and 30 July. Under the artistic direction of Francesca Tranter, this festival will include dance performances in various genres from both local and international artists who are experts in the field. After the success of the first edition, the festival will again adopt the Question and Response sessions, where both the artists and the audience can ask questions and further discuss the performances exhibited.


Minister for National Heritage, the Arts and Local Government Owen Bonnici, explained, "Over the years, the summer events of Festivals Malta have become synonymous with their artistic diversity, to the point that they have become an annual appointment for many local and international audiences."


"These are two months of high-quality cultural activities, and we will continue to invest in our culture, and we will also continue to provide support to the creative and cultural sectors where more artists are being given the opportunity to grow and improve their talents," Minister Bonnici concluded.


The Festivals Malta Chairman, Aaron Zahra said, "The Festivals that we announced today are established festivals, so much so that year after year these Festivals continue to be organised because they are well sought after by local and international audiences alike. This clearly shows the success these festivals achieved and how important it is that they remain part of our annual cultural calendar. Over time these festivals evolved, and thanks to the National Festivals Agency, Festivals Malta, they have managed to reach new heights. In fact, many are those individuals from overseas who choose Malta as a destination for cultural festivals in the Summer, this is because of the variety and the level of organisation that these events offer."


The Festivals Malta CEO, Annabelle Stivala said, "The Festivals Malta team is committed to finding new and innovative ways of organising our festivals, such as instigating dialogue on various levels in society, while creating emotions and a common vision so that art becomes a universal language that talks about the environment, climate change, social equality and other current topics."



bottom of page