top of page
Il-Karnival ta' Malta

Il-Karnival ta' Malta 

13-17 ta' Frar 2026

Valletta

TBC

Niżżel ProgrammIxtri l-Biljetti

Ċelebrazzjoni kulturali rikka li tagħti ġieħ lit-tradizzjoni lokali, b'karrijiet kbar, maskri groteski u żfin koreografat madwar il-Belt Valletta.

Kuluri u Kostumi: Wirja ta' kostumi tal-Karnival Malti
29 ta’ Jannar 2026
Carnival by Night
7 ta’ Frar 2026
Band and Costume Parade in Ħamrun
8 ta’ Frar 2026
Carnival Weekend Day 1
13 ta’ Frar 2026
Saturday Morning Special, Carnival Weekend Day 2
14 ta’ Frar 2026
Il-Qarċilla Fit-Toroq tal-Belt
14 ta’ Frar 2026
Il-Qarċilla Fit-Toroq tal-Belt
14 ta’ Frar 2026
Afternoon Programme, Carnival Day Weekend Day 2
14 ta’ Frar 2026
Il-Qarċilla Fit-Toroq tal-Belt
14 ta’ Frar 2026
Morning Programme, Carnival Weekend Day 3
15 ta’ Frar 2026
Afternoon Programme, Carnival Weekend Day 3
15 ta’ Frar 2026
Il-Qarċilla Fit-Toroq tal-Belt
15 ta’ Frar 2026
Il-Qarċilla Fit-Toroq tal-Belt
15 ta’ Frar 2026
Il-Qarċilla Fit-Toroq tal-Belt
15 ta’ Frar 2026
Morning Programme, Carnival Day 4
16 ta’ Frar 2026
Afternoon Programme, Carnival Day 4
16 ta’ Frar 2026
Afternoon Programme, Carnival Day 5
17 ta’ Frar 2026
Carnival Gran Finale
17 ta’ Frar 2026
Karrijiet Trijonfali

Il-Lista tar-Re tal-Karnival u Karrijiet Trijonfali

KUMPANIJI

Ara l-Lista ta' Kumpaniji

BANED U SKEJJEL

Ara l-Lista ta' Baned u Skejjel

GROTESQUE MASKS

Ara l-lista hawn

IR-RE TAL-KARNIVAL

Landa Carnival Company
Kunċert Mużikali,
B'Kantanti Lokali

Leaders: Clint Axisa u Carlos Axisa

SFOND DWAR IL-KARRIJIET TRIJONFALI 

Hemm erba’ kategoriji ta’ karrijiet trijonfali, jiġifieri Sezzjoni A, Sezzjoni B, Sezzjoni C u Sezzjoni D, li flimkien jiffurmaw l-element kompetittiv tal-Programm Nazzjonali tal-Karnival.
 

Il-kompetizzjoni għandha struttura ta’ tip ta’ “league”. Dan ifisser li r-rebbieħ ta’ kull sezzjoni jitla’ għal sezzjoni ogħla, filwaqt li dawk li ma jikkwalifikawx għall-ewwel tliet postijiet fis-sezzjoni tagħhom jiġu relegati għal sezzjoni aktar baxxa minn dik li jkunu jinsabu fiha sa dak il-mument.

KARRU TRIJONFALI A

Din hija l-ogħla sezzjoni tal-karrijiet trijonfali. Id-daqs tal-karrijiet fis-Sezzjonijiet A, B u C ma jistax jaqbeż is-6.07 metri (20 pied) mill-art waqt is-sfilata. It-tul tal-karru jitkejjel mill-aktar punt li joħroġ ’il barra minn quddiem il-karru sal-aktar punt li joħroġ ’il barra minn wara. B’mod ġenerali, it-tul totali tal-karru (eskluża t-trattur li jiġbed il-karru) għandu jkun 9.75 metri (32 pied). Il-wisa’ għandha tkun 3.66 metri (12-il pied).

Fis-Sezzjonijiet A u B, il-kap tal-kumpanija jista’ jiddeċiedi li ma jkunx hemm aktar minn 10 persuni fuq il-karru bil-kostum. Dawn kollha jridu jkunu ’l fuq minn 13-il sena.

Fis-Sezzjoni A, għandu jkun hemm mill-inqas 7 elementi ewlenin li jiċċaqilqu fuq kull karru trijonfali.

DonPe' Carnival Company in collaboration with Step In Plus
Karattri Magħrufin, għall-Ikel Wisq Tajbin!

Leader: Antoine Grech

Dreamteam Carnival Company
Rockestra

Leaders: Alvin Livori andJeremy Mercieca, aided by Clint Zammit

Toto Perżuta Carnival Company
Mort sal-Gym ta’ Bla Ħsieb, u mal-iSpice Girls għamilt Ħbieb!

Leaders: Roderick Zerafa and Raymond Zerafa

Triton Carnival Company
Ilgħab u Mexxi, Ixtri u Tirnexxi

Leaders: Joswa Borg and Ronald Ghiller

KARRIJIET TRIJONFALI B

Din is-sezzjoni għandha l-istess elementi tas-Sezzjoni A. Id-differenza bejn iż-żewġ sezzjonijiet hija li l-movimenti ewlenin f’din is-sezzjoni ma jistgħux ikunu inqas minn 5.

Crusher Carnival Company
Skoprejna u Ivvintajna, biex id-Dinja Avvanzajna

Leaders: Kevin Chetcuti u Brenda Chetcuti

Twins Carnival Company
Sports Differenti, Żammejna lin-Nies Kuntenti

Leaders: Tonio Scerri u Maurizio Zahra

KARRIJIET TRIJONFALI Ċ

It-tul tal-karrijiet f’din is-sezzjoni huwa l-istess bħal dak tas-Sezzjonijiet A u B.

Il-karrijiet trijonfali fis-Sezzjoni Ċ mhumiex permessi li jkollhom persuni bil-kostum fuqhom.
 

Il-movimenti ewlenin tal-karrijiet fis-Sezzjoni Ċ m’għandhomx ikunu inqas minn 4.

Tal-Buffalo Carnival Company
Bola Do Rio

Leaders: Shaun Curmi u Tyron Curmi b'kollaborazzjoni ta' Lex International Business Limited

Kitla and Friends
Mill-Irlanda Bdejna u mad-Dinja Mxejna

Leaders: Daniel Attard u Kenneth Fenech McKay b'kollaborazzjoni ma' JSK Ltd.

Lion Hearts Carnival Troupe
Il-Kontroll Ħadna f'Idejna Biex Ikla Tajba Aħna Servejna

Leader: David Gatt

Tan-Naqra Carnival Company
Għall-Mużika u għall-Pjaċir Dħalna mill-Port il-Kbir

Leader: Etienne Galea u Riccardo Napoli

Fletcher & Friends Carnival Company
Sena Għalaqt u mal-Quċċija Jiena Ltqajt

Leaders: Jesmond Goodlip u Fletcher Cini

Tal-Kaptan Carnival Company
Fuq Xini Wasalna Biex il-Karnival Iċċelebrajna

Leader: Charlie Briffa, Totwin Briffa u Owen CJ Briffa

Costu Carnival Company
Paxxejtuna u Allegrajtuna bil-Mużika li Tajtuna 

Leader: Costantino Gouder u Nicholas Gouder

Beraq Carnival Company
Bid-Delivery Ġejjin Biex Ingawdu l-Karnival Magħkom il-Maltin

Leaders: Elton Edward Xuereb u Silvan Grima flimkien ma' Artisan Tribe

SFOND DWAR IL-KUMPANIJI TAL-KARNIVAL

Matul is-snin, il-kompetizzjonijiet li jinkludu l-kumpaniji tal-Karnival evolvaw skont il-bżonnijiet taż-żmien.

Fil-passat (meta kien hemm distinzjoni binarja bejn is-sessi), kien hemm Sezzjoni A tal-Kumpaniji, magħrufa wkoll bħala s-sezzjoni tal-“Koppji”, fejn iż-żeffiena kienu jiġu mqabbda f’koppji, wieħed ta’ sess maskili u l-ieħor ta’ sess femminili.

Min-naħa l-oħra, Sezzjoni B tal-Kumpaniji kienet magħrufa bħala s-sezzjoni tas-“Singles”, fejn ma kienx obbligatorju li l-koppji jkunu magħmula minn persuni ta’ sessi differenti.

Fil-passat, is-Sezzjonijiet A, B u anke Ċ kienu jkunu akkumpanjati minn karrijiet marbuta mas-suġġett.
 

Meta ġiet introdotta Sezzjoni D tal-Kumpaniji, din inħolqot sabiex dawk li ma xtaqux jippreżentaw karru xorta waħda setgħu jieħdu sehem.

KUMPANIJA A

Din hija l-unika sezzjoni li tinkludi tliet kompetizzjonijiet f’waħda, jiġifieri kompetizzjoni għall-kostumi, għall-karrijiet u għaż-żfin. Dawk li japplikaw biex jieħdu sehem f’din is-sezzjoni għandhom jippreżentaw grupp ta’ żeffiena, kostum u karru marbut mat-tema ġenerali.
 

Il-kumpanija fis-Sezzjoni A għandha tinkludi mhux inqas minn 25 persuna u mhux aktar minn 36 persuna li jiżfnu. Il-membri tal-kumpanija għandhom ikunu ta’ 13-il sena jew aktar fil-jum ta’ Mardi Gras.

Putullu u Stephania Gellel
Kemm Aħna Kuntenti Għax Dorna l-Kontinenti

Leader:  Manuel Pace u Stephania Gellel

Tad-Deheb Carnival Company & Keith Dance Studio
Shortcircuit

Leaders: Chris Aquilina u Marvic Aquilina

Be-St Carnival Company
Il Circo - Commedia dell'Arte

Leaders: Stiefnu DeBattista u Paul Chircop

Titti Carnival Company, b'kollaborazzjoni ma’ Triple A appliances, Luqa
West End f'Londra Tlajt u xi Tliet Spettakli Rajt

Leaders:  Raymond Mallia u Mark Mallia

KUMPANIJA B

Din is-sezzjoni hija magħmula minn żewġ kompetizzjonijiet f’sezzjoni waħda: kompetizzjoni għall-kostumi u oħra għaż-żfin.

Il-kumpaniji fis-Sezzjoni B għandhom ikunu magħmula minn mhux inqas minn 20 persuna u mhux aktar minn 36 persuna għaż-żfin. Iż-żeffiena f’din il-kategorija għandhom ikunu ta’ 13-il sena jew aktar fil-jum ta’ Mardi Gras ta’ dik is-sena.

Nella Carnival Team
Echoes of Nile

Leader: Antonella Chircop

The Dancing Angels Birżebbuġa
Sabor

Leaders: Tiziana Galea u Nicole Cutajar

Hypnotic Dancers Carnival Group
Il-Karnival

Leaders: Angele Grech Vella u Kurt Grech Vella

Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata Tarxien
Angel of Music

Leader: Clinton Abela Galea

Shake Dancers, Żejtun
VENETUS - The Venetian Tide

Leaders: Christian Caruana 

KUMPANIJA Ċ

Din is-sezzjoni hija wkoll magħmula minn żewġ kompetizzjonijiet f’sezzjoni waħda, bħas-Sezzjoni B. Id-differenza bejn iż-żewġ sezzjonijiet hija li din is-sezzjoni tippermetti li ż-żeffiena jkunu bejn l-etajiet ta’ 6 u 13-il sena.

Żejtun Carnival Team
Magical Kingdom

Leader: Anthea Caruana

Aqua Blu Dancers
March and Melody

Leader: Catherine Chircop

Little Angels
Suoni e Colori

Leader: Alan Bianco Galea u Heidi Camilleri

Dancing Feet Studio
Alice in Wonderland

Leader: Maroushka Falletta megħjuna minn Natasha Cauchi

Tarxien Lookstar Dancers
Bejnietkom Tfajtuni imma t-Tfal Xorta Jħobbuni

Leader: Gabriella Stagno Piscopo

KUMPANIJA D

Participants in this section must participate in a costume which celebrates the “simple carnival costume” which is synonymous with the Maltese Carnival in the past.

 

Every performance must be composed of between 24 to 36 persons. The persons involved must be 13 years and older on the day of Mardi Gras of that year. The company can also include two mascots that are not younger than 5 years old on the day of Mardi gras who do not take part in the dance.

D Angels Carnival Company Birżebbuġa
Heart of the Wild

Leaders: Marlon Bianco Galea u Leah Bugeja

Tal-Banda Carnival Company
Żifna Rjali f'Ballu Kontinentali

Leaders: Charlie Briffa u Gary Azzopardi

Żejtun Carnival Troupe
Il Cuore Della Danza

Leader: Wendy Caruana

MJ Carnival Troupe
Perla Nera

Leaders: Malcolm Bezzina u Joanne Zammit 

Sezzjoni Partitarji Stillieri Ħal Tarxien
Bl-Ewwel Ittra Nkomuni fil-Karnival Spettaklu J'tuni

Leader: Kluivert Caruana

BANED U SKEJJEL

Skola Sekondarja tal-Kulleġġ Stella Maris fil-Gżira
Bir-Ritmu u l-Fantażija, il-Westerns Tħawru b’ Inġienerija

Leader: Dolores Ellul D'Agostino u Stephanie Micallef supported by Illona Borg and Alexia Mizzi

Skola Sant'Anna ta' Wied il-Għajn fi ħdan il-Kulleġġ San Thomas More
Mill-Passat għall-Preżent

Leaders: Miriam Grech and Mariel Farrugia

Banda Żejtun Għaqda Santa Katerina VM
Let's Rock This Party

Leader: Brian Bonnici

GROTESQUE MASKS

Il-parteċipanti f’din is-sezzjoni għandhom jieħdu sehem b’kostum li jiċċelebra l-“kostum sempliċi tal-Karnival”, li huwa sinonimu mal-Karnival Malti tal-imgħoddi.

Kull wirja għandha tkun magħmula minn bejn 24 u 36 persuna. Il-persuni involuti għandhom ikunu ta’ 13-il sena jew aktar fil-jum ta’ Mardi Gras ta’ dik is-sena. Il-kumpanija tista’ tinkludi wkoll żewġ mascots li ma jkunux iżgħar minn 5 snin fil-jum ta’ Mardi Gras, u li ma jipparteċipawx fiż-żfin.

Armeni Carnival Company
Ħames Buffi Differenti, fil-Lunapark Divertenti

Leaders: Joachim Armeni u Dino Armeni

INSTALLAZZJONIJIET

Din hija kompetizzjoni ġdida li ġiet introdotta mal-bidu tal-pandemija tal-COVID-19. L-għan ta’ din il-parti tal-Karnival huwa li jiġi esebit karru żgħir f’post partikolari matul il-Karnival.

Id-daqs tal-installazzjonijiet m’għandux jaqbeż l-4.5 metri (15-il pied) meta jkunu statiċi, filwaqt li t-tul tal-installazzjoni m’għandux ikun aktar minn 4.5 metri (15-il pied) u l-wisa’ m’għandhiex taqbeż it-3.05 metri (10 piedi).

Meta bdiet din l-inizjattiva, l-installazzjonijiet kienu jiġu esebiti f’post wieħed, iżda fl-aħħar edizzjonijiet tal-Karnival, dawn l-installazzjonijiet bdew jiġu esebiti fit-toroq tal-ibliet u rħula madwar Malta.

Passion Carnival Friends in collaboration with Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun
Festi Tradizzjonali bil-Marċi Briju u Murtali

Leaders: Sandro Spiteri and Paul Chetcuti

KikuPop's Carnival Company
Manuskritti ta' Memorja kif Tiftaħhom Jirrakkuntaw Storja

Leaders: Henry Caruana and Kenneth Caruana 

Godwin Carnival Company
Logħob, Teatrin u f’Daqqa Waħda Tfaċċa x-Xadin

Leader: Isaac Scerri

Issaportjat minn

AĦBARIJIET

bottom of page